L-Iskoljożi
X’inhi skoljozi?
- Ix-xewka tad-dahar, minflok tibqa’ dritta, titghawweg fuq naha jew ohra.
- Taffettwa 3% tat-tfal.
- Tigri l-aktar waqt il-‘growth spurt’ f’adoloxxenza.
- Jista jkun hemm tendenza fil-familja
- Komuni l-aktar fil-bniet.
- Meta t-tfal jimmaturaw u jsiru rġiel u nisa, l-iskoljożi ma tibqax tmur aktar għall-agħar.
- L-iskoljożi twassal għal deformità u wġigh fid-dahar.
- L-iscreening tat-tfal tal-iskejjel jinkludi test ghall-iskoljozi.
- Staqsi lill-paediatrician jew it-tabib tal-familja jiċċekkja d-dahar għall-iskoljożi, speċjalment fit-tfal kbar u adoloxxendi.
- Jekk mill-eżami kliniku jkun jidher li hemm l-iskoljoħi, jittieħed X-ray biex jikkonferma d-dijanjosi.
- Il-kura tkun tiddependi fuq l-angolu fid-dahar.
- Ħafna tfal ma jkollhomx bżonn ta’ kura imma jibqgħu jiġu followed-up sakemm jimmaturaw.
- 20% jkollhom bżonn brace tal-plastik biex ma jhallix l-iskoljozi tmur ghall-aghar u biex tifranka l-kirurgija
- Numru żgħir ikollhom bżonn il-kirurgija.
- L-iskop hu li t-tfal bl-iskoljożi jkunu jistgħu igawdu ħajja attiva bħall-oħrajn.