Logħob u Ġugarelli
Meta nixtru t-toys għat-tfal, irridu noqgħodu attenti li jkunu safe u edukattivi – safe għax it-toys jafu jkunu ta’ periklu, speċjalment ta’ xerqa, u edukattivi għax l-għan tagħhom għandu jkun li t-tfal jitgħallmu u jiżviluppaw waqt li qed jiddevertu u jieħdu ġost.
Sigurtà
Irridu naraw li l-ġugarell ikun immarkat bl-ittri CE. Din il-marka turi l-impenn tal-manifattur li l-ġugarell kien maħdum skond ir-reġoli ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropeja, li huma mill-aktar stretti fid-dinja.
Irridu naraw ukoll li l-ġugarell jgħodd għall-età tat-tfal. Is-simbolu “0-3” (maqtugħ) huwa twissija li dak il-ġugarell ma jgħoddx għal tfal iżgħar minn tlett snin.
Toys li jkollhom biċċiet żgħar jew partijiet jinqalgħu huma ta’ riskju għat-tfal żgħar peress li jistgħu jixirqu fihom. Inzommu f’moħħna li tfal żgħar jistgħu jweġġgħu jew jixirqu bit-toys ta’ ħuthom akbar minnhom. Ta’ min isemmi wkoll li waqt il-parties, il-bżieżaq u n-nuts ukoll jistgħu ikunu ta’ periklu. Tfal ma jistgħux jieklu nuts qabel 4 snin. Il-plastik ta’ bużżieqa meta tinfaqa’ jista’ faċilment isodd il-pajp tan-nifs.
Qatta’ u armi il-boroż tal-packaging, peress li t-tfal jistgħu idaħħluhom f’rashom u jifggħu.
Aqra l-istruzzjonijiet u t-twissijiet li jkun hemm mat-toy. Ta’ min jiċċekkja t-toys minn żmien għal żmien biex isewwi jew tarmi t-toys imkissrin.
Huwa importanti li nżommu għajnejna fuq it-tfal waqt li qed jilgħabu – speċjalment (skond ommi) meta t-tfal ikunu kwieti wisq!
Huwa importanti li ngħallmu it-tfal jerfgħu t-toys wara li jkunu lesti minnhom; toy-truck fit-taraġ jista’ jibgħatek f’ambulanza l-emergenza b’rasek maqsuma ktieb!
Edukattivi
It-toys u l-kotba għandu jkunu jgħoddu għall-livell tal-iżvilupp tat-tfal. Jekk ikunu ta’ livell għoli wisq, it-tfal jiġu frustrati u jaqtgħu qalbhom, filwaqt li jekk ikunu intenzjonati għal età iżgħar, it-tfal malajr jitilfu l-interess u jiddejqu minnhom. It-toys ideali għandhom jistimulaw l-immaġinazzjoni u l-kreattività tat-tfal.
Il-building blocks huma ħafna aħjar minn toy elettroniku li jagħmel kollox waħdu billi sempliċiment tagħfas buttuna. Bl-istess mod, aħjar karozza li t-tifel irid jiġbed u jimbotta, milli karozza li timxi weħidha.
Aħjar tixtri tricycle, scooter jew rota minn karozza li taħdem bil-batterija. It-tfal tagħna għandhom bżonn jagħmlu ftit eżerċizzju! Libbes il-helmet meta jkunu jsuqu bicycle jew scooter barra mid-dar, u għallem tfal akbar ir-regoli tat-triq.
Minbarra t-toys ma ninsewx li l-kotba ukoll huma rigali sbieħ – u edukattivi!
Il-videogames, playstations, nintendo u computer games ftit għandhom valur edukattiv! Uħud minnhom jigglorifikaw il-vjolenza u jinfluwenzaw ħażin l-imġieba tat-tfal. Jekk tagħzel li tixtrihom, kun żgur li tillimita l-ħin li t-tfal idumu jilgħabu bihom. It-tfal m’għandhomx idumu aktar minn sagħtejn kuljum quddiem it-TV/computer/videogame.
Fl-aħħarnett, it-tfal tagħna għandhom wisq toys, u għalhekk ftit japprezzawhom. Minflok nixtrulhom aktar u aktar toys, ikun ferm aħjar li nqattgħu ħin nilgħabu, npingu u nigru magħhom. L-opportuità tiġi darba, u tgħaddi wisq malajr. M’hemm xejn isbaħ milli nieħdu ġost mat-tfal tagħna.