Scabies



Minn żmien għal żmien nisimgħu b'każijiet ta’ skabbja (scabies), u l-ġenituri jallarmaw ruħhom!

Inserraħ moħħ kulħadd li bl-ebda mod m’għandna għalfejn ninkwetaw. L-iskabbja mhix kundizzjoni serja.

It-tobba (speċjalment it-tobba tal-ġilda) jaraw każijiet ta’ skabbja matul is-sena kollha, u jfejquhom bla dewmien.

L-iskabbja hi kundizzjoni fil-ġilda kkawżata minn dudu mikrokopiku (‘mite’ – ara l-istampa, ħelu  hux tassew?) -  li jidħol taħt il-ġilda u jikkawża raxx u ħafna, ħafna ħakk. Jittieħed minn kuntatt fil-qrib ma’ persuna li għandha l-iskabbja jew jekk torqod fl-istess sodda.

Din il-kundizzjoni titfejjaq faċilment billi tindilek bi cream apposta (permethrin), u l-ħasil tal-ħwejjeġ u l-lożor. It-tabib jista' wkoll jagħti l-istess dlik lill-persuni li kienu jgħixu qrib xi ħadd li kellu scabies. It-tabib jinforma s-sanità għal din ir-raġuni.

Naturalment hemm ħafna kawżi oħra ta’ raxx u ħakk (ngħidu aħna l-ekżema, il-ġidri, urtikarja, gdim tan-nemus, eċċ) – biex ma nibdewx nissuspettaw li għandna l-iskabbja għax tigdimna nemusa! Jekk ikollok dubbju, mur għand it-tabib biex jagħmel dijanjosi u jagħtik il-kura addattata.