Id-dixxiplina
It-tfal għandhom bżonn id-dixxiplina – regoli ċari u ġusti – li bħal ċint fuq il-bejt jipprovdilhom siġurtà biex ma jaqgħux għal isfel. Jekk lit-tfal inħalluhom jagħmlu li jridu inkunu nonqsuhom u huma jħossuhom inċerti f’ħajjithom.
Mhux wisq regoli, imma r-reġoli jeħtieġ ninforzawhom b'mod konsistenti; altrimenti t-tfal ma joħdunhiex bis-serjetà. Infaħħruhom meta jobdu, u nuruhom kemm jiddispjaċina meta ma jobdux. Jekk inkunu wegħdna reward, inżommu kelmitna; jekk inkunu wegħdna punishment inżommu kelmitna wkoll.

It-tfal jittestjawna jekk aħniex bis-serjetà jew le, u wieħed mill-metodi favorita tagħhom huwa li jifirdu lill-ġenituri bejniethom. It-tfal jafu x’ifisser ‘divide et impera’ (divide and rule). Jekk jifirdu l-ġenituri jieħdu li jridu (u jaħasra fl-aħħar mill-aħħar jitilfu huma stess).
Il-ġenituri għandhom għalhekk ikunu kelma u fehma waħda. M’għandhomx jiksru l-kelma ta’ xulxin. Tajjeb li bħala ġenituri nitkellmu bejnietna qabel nagħmlu wegħdiet importanti. Jekk irridu li t-tfal jirrispettawna, il-missier irid juri rispett lejn martu, u l-omm għandha turi rispett lejn żewġha.