L-ażma u wheezing fit-tfal
Mhux it-tfal kollha li jkollhom is-sogħla, tisfir ('wheezing') u qtugħ ta’ nifs ibatu bl-ażma. Infatti ħafna tfal taħt l-4 snin li jkollhom dawn is-sintomi m’għandhomx ażma.
Dawn it-tfal żgħar huma suġġetti li riħ komuni jinżlilhom fil-bronki (il-pajpijiet tan-nifs fil-pulmun). Din il-kundizzjoni tissejjaħ ‘wheezy bronchitis’ – minħabba t-tisfira li t-tabib jisma’ bl-istetoskopju.
Il-‘wheezing’ (tisfir) fil-pulmun mhux l-istess bħat-tħarir (ħsejjes aktar ħarxa) li jisimgħu l-ġenituri. u li anki jħossuh ġej mis-sider. It-tħarir jiġi minħabba l-katarru fl-imnifsejn u l-griżmejn.
Ikkonsulta mat-tabib jekk it-tfal tiegħek għandhom sintomi bħal sogħla u nifs mgħaġġel jew batut.
MEDIĊINI
It-tfal jibbenefikaw minn tlett tipi ta’ mediċina.
1. Il-ventolin (l-isem propju huwa ‘salbutamol’) jiftaħ il-bronki biex l-arja tidħol aħjar fil-pulmun, u jintuża biex itaffi s-sintomi. Jingħata bħala mistura jew b'inhaler permezz ta’ spacer jew nebulizer (fl-isptar jew il-health center). Il-ventolin huwa stimulant u s-side effects jinkludu eċitament, qalb tgħaġġel u rogħda.
2. L-isteroid inaqqas l-infjammazzjoni fil-bronki u jippreveni attakki tal-ażma. Dan jittieħed kuljum anki meta ma jkunx hemm sintomi. Nużaw l-isteroids ukoll waqt attakk tal-ażma jew wheezing, għal ftit ġranet, f'forma ta' suppożitorji (Rectodelt) jew pilloli li jinħallu fl-ilma (Solupred). Il-ġenituri m’għandhomx jagħtu steroids mingħajr il-parir tat-tabib.
PREVENZJONI
Dawn is-sintomi u ċ-ċirkostanzi jindikaw attakk qawwi tal-ażma:
Il-ġenituri għandhom josservaw sewwa t-tarbija jew it-tfal żgħar bil-'wheezing bronchitis' jekk tkun qed tiġi kkurata d-dar. Jekk is-sintomi jiggravaw (nifs aktar mgħaġġel, is-sider dieħel u ħiereġ, xrieraq tas-sogħla qawwija u fit-tul), jew it-tarbija tnaqqas ħafna mill-ħalib, jitla' d-deni, ix-xofftejn isiru blu, jew jekk taħseb li l-kundizzjoni sejra għall-agħar - erġa' kellem lit-tabib jew ħudha l-emerġenza. Jista' jkollha bżonn l-ossiġnu jew li tiddaħħal l-isptar għall-kura u osservazzjoni.
AKTAR TAGĦRIF
Kif tuża l-inhaler: Link.

- Evita d-dħaħen u r-riħa tas-sigaretti.
- Ipproteġi lit-tarbija minn infezzjonijiet (teħodhiex fejn ikun hemm ġemgħat ta' nies, u tħallix nies jew tfal ma jifilħux jersqu ħdejja).
- It-tabib jista' jagħtik parir biex tagħti mediċina bħala prevenzjoni (bħal inhaler tal-isteroid jew qratas tal-montelukast); dawn jintużaw l-aktar meta it-tfal ikunu jbatu ta' spiss minn attakki ta' wheezing jew attakki qawwija.
Dawn is-sintomi u ċ-ċirkostanzi jindikaw attakk qawwi tal-ażma:
- It-tifel ibati jew jissielet biex jieħu n-nifs (bilkemm jista’ jitkellem, jixrob jew jiekol; nifs mgħaġġel; u s-sider dieħel u ħiereġ).
- Il-kulur tal-ġilda jsir blu jew abjad (speċjalment madwar ix-xofftejn u l-ħalq).
- Jekk jaqleb għall-agħar avolja qabel kien inviżtah it-tabib.
- Jekk ikun hemm bżonn l-uża tal-ventolin qabel jgħaddu 4 sigħat.