Drawwiet Tajba tal-Ikel fit-Tfal
Il-ġenituri u t-tfal għandhom responsabbiltajiet differenti rigward l-ikel.
Is-sehem tal-ġenituri
Tinkwetax jekk uliedek jibżgħu minn ikel ġdid. Huwa normali li t-tfal jilgħabu u jeżaminaw ikel ġdid, u meta fl-aħħar jiddeċiedu li jdaħħluh f’ħalqkom, jerġgħu joħorġuh. Tgħidx li ma jħobbux dak l-ikel, imma kompli offrih minn żmien għal żmien. Kultant ikun hemm bżonn li toffri l-istess ikel bejn 10 u 15-il darba qabel jiddeċiedu li jiekluh.
Hemm tfal li jieklu bil-mod. Dan jitlob ħafna paċenzja mill-ġenituri, imma fil-fatt hi xi ħaġa tajba għax dawn it-tfal jieklu kemm għandhom bżonn u ma jeħxienhux.
Tinkwetax jekk l-aptit u l-ikel favorit jinbidel minn ġurnata għal ġurnata, u anke fl-istess ġurnata. Toqgħodx tiffissa fuq dawn il-bidliet. Ħalli lit-tfal jirregolaw x’jieklu u kemm għandhom bżonn jieklu skond l-aptit tagħhom.
Is-sehem tal-ġenituri
- Li jipprovdu varjetà ta’ ikel bnin (u jevitaw junk food u ħafna ħlewwiet). Ara li bħala familja tieklu healthy. It-tfal m’għandhomx bżonn ikel differenti mill-bqija tal-familja, imma jrid ikun addattat għalihom (preżentat sabiħ, porzjon żgħir, imqatta’ biċċiet żgħar).
- Li jiżviluppaw skeda ta’ ikliet u snacks, ġeneralment tlett ikliet, u żewġ snacks jew tlieta bejniethom.
- Li jipprovdu ambjent tajjeb waqt il-ħin tal-ikel (jieklu fuq il-mejda, mingħajr TV u mingħajr logħob).
- Li jiddeċiedu jekk jieklux u kemm jieklu. Inkoraġġihom imma tisforzahomx biex jieklu, twiegħedx rigal jew thedded b'xi kastig. Ħallihom jieklu kemm iridu skond l-aptit tagħhom.
- Li jiddeċiedu x’jieklu mill-ikel offrut lilhom. Issajjarx biss l-ikel favorit tagħhom. Tagħtihomx xi ħaġa oħra jekk ma jieklux l-ikel offrut.