Il-kura wara l-operazzjoni tat-tonsilli
It-tfal idumu bejn ġimgħa u ġimgħatejn biex jirkopraw mill-operazzjoni.
Immedjatament wara l-operazzjoni, xi tfal ikunu mdardrin u jistgħu jirremettu minħabba l-loppju. Dawn is-sintomi ma jdumux aktar minn ftit sigħat.
Huwa normali li jkollhom ftit deni fl-ewwel jiem wara l-operazzjoni; il-mediċini li jingħataw għall-uġigħ jgħinu biex jikkontrollaw id-deni wkoll. Kellem lin-nurse jew tabib jekk id-deni jkun għoli (aktar minn 39C jew 102F).
Fil-griżmejn, minn fejn kienu tneħħew it-tonsilli, tifforma qoxra bajda u tikkawza riħa tinten man-nifs. Dan huwa normali. Il-qoxra taqa’ fi żmien 5 sa 10 ġranet, u tinbela’.
Jekk it-tonsilli kienu kbar, il-vuċi tista’ tinbidel wara l-operazzjoni iżda terġa' għan-normal fi ftit ġimgħat.
Huwa komuni li t-tfal jonħru u jieħdu n-nifs minn ħalqhom sakemm jirkopraw.
Bleeding
Jekk ikunu hemm tnixxija ta’ demm mill-ħalq jew mill-imniffsejn mur mill-ewwel l-emerġenza (anke jekk l-ammont ta' demm ma jkunx kbir) biex isir eżami mediku u jekk ikun hemm bżonn jitwaqqaf id-demm. Ir-riskju ta’ bleeding jibqa’ sa ġimgħatjen wara l-operazzjoni.
Uġigħ
It-tfal ikollhom griżmejhom juġgħuhom wara l-operazzjoni. L-uġigħ jista’ jkun qawwi u jaf idum madwar għaxart ijiem. Xi tfal iħossu wkoll uġigħ fil-widnejn. Oħrajn jista’ jkollhom xi uġigħ fil-geddum jew fl-għonq minħabba l-pożizzjoni waqt l-operazzjoni. Jerġa' oħrajn iħossu uġigħ fil-ġemb tal-ħalq (idlek ftit vasellina biex ittaffi dan l-uġigħ).
Agħti paracetamol (mistura jew suppożitorji), ibuprofen (mistura) jew diclofenac (suppożitorji) biex iħossuhom aħjar, u biex jixorbu, jieklu u jorqdu aħjar.
Xorb u Ikel
Huwa importanti li t-tfal jixorbu biex ma jixxotawx. Jistgħu jieħdu ikel normali (imma evita ikel jaħraq, spicy u aċiduż). Infatti l-ikel jgħin biex il-griżmejn ifiequ aktar malajr. Offrilhom jieklu u jixorbu xi għoxrin minuta wara li jkunu ħadu l-painkillers. Ġeneralment it-tfal jerġgħu jibdew jieklu sew wara ġimgħa, u jekk ikunu tilfu ftit piż, jirkuprawh malajr.
Attività
It-tfal għandhom jistrieħu d-dar wara l-operazzjoni. Huma stess jillimitaw kemm ikunu attivi. Ikunu jistgħu jirrotrnaw l-iskola xi ġimgħatjen wara l-operazzjoni u meta jkunu bdew jieklu u jixorbu normali, jorqdu sew u ma jkollhomx bżonn aktar ta’ mediċini għall-uġigħ.