Kawzi tal-Insomnia fit-Tfal


Stress
It-tfal jinkwetaw bħall-adulti. Jista’ jkun bullying jew problemi oħra l-iskola; problemi d-dar (bħal ġlied fil-familja jew mard); il-biża tal-eżamijiet; bidliet li qed iseħħu fil-familja.

Kaffeina
Dan l-istimulant insibuh fil-kafè, ċikkulata, hot chocolate, energy drinks u colas.

Mediċinali
Mediċini għall-ADHD, steroids, anticonvulsants (għall-aċċessjonijiet) u oħrajn.

Mard
Sleep apnoea, assoċċjata wkoll mal-inħir. Ażma (sogħla bil-lejl), imniffsejn fgati minn allerġija, jew ħakk fil-ġilda minħabba l-ekżema. Ħruq ta’ stonku, growing pains u mard tat-throid ukoll jistgħu jfixxklu l-irqad. Id-dipressjoni wkoll tista’ tkun kawża ta’ nuqqas ta’ rqad.

L-ambjent
Storbju, saqqu u mħadda skomdi, sħana jew bard, u d-dawl (xi tfal jibżgħu jekk ma jkunx hemm ftit dawl fil-kamra. It-TV jew kompjuter fil-kamra tas-sodda jista’ jfixkel l-irqad.