Kemm indum nisterilizza l-bottle?


Huwa importanti li l-flixkun u l-gażaża ikunu ndaf, hi x'inhi l-età tat-tarbija, sabiex nipproteġu lit-tarbija minn infezzjoni fil-musrana (gastroenterite – dijarea, rimettar, deni u dehydration). Dan jgħodd kemm jekk tuża il-ħalib tal-omm jew il-ħalib tal-formula.

L-awtoritajiet tas-saħħa f'pajjiżi oħra jagħtu pariri differenti fuq hekk (is-CDC jagħtu parir li l-fliexken jiġu steriliżżati sa xahrejn filwaqt li l-NHS sa 12-il xahar). F'Malta ħafna ġenituri jisterilzzaw il-flixkun u l-gazaza sakemm it-tarbija jkollha madwar sitt xhur. L-importanti li jkunu dejjem indaf!

L-aktar metodi konvenjenti huma sterilizer li jaħdem bil-fwar jew bil-microwave.

Meta ma tibqax tisterilizza aktar, xorta waħda jkun importanti li taħsel il-flixkun bi brush, il-gazaza u dak kollu li tuża biex titma' lit-tarbija (kuċċarini, bowls, eċċ) bl-ilma sħun u sapun tal-platti. Ixxottahom b'sarvetta nadifa.

Żomm f'moħħok ukoll dawn il-punti dwar l-iġjene:

1. Aħsel idejk qabel tipprepara l-ħalib u l-ikel, u meta titma' lit-tarbija.
2. Armi l-ħalib żejjed li jibqa' meta tisqi lit-tarbija.
3. L-ilma li tipprepara l-ħalib bih irid ikun mgħolli.