Pinworms (Dud fil-Musrana)
Il-pinworms huma dud irqaq, qishom biċċiet ta’ ħajt, li jinfettaw il-musrana. Din l-problema hi komuni ħafna fit-tfal żgħar. Matul il-lejl id-duda toħroġ mit-toqba tal-patata biex tbid. Dan jikkawża skumdita, ugigħ u ħakk u ġieli jqajjem lit-tfal mir-raqda. Madankollu xi wħud ma jkollhom ebda sintomi.
Il-bajd jispiċċaw mal-ħwejjeġ ta’ taħt, fil-lożor u fl-idejn (minħabba l-ħakk, speċjalment taħt id-dwiefer), u mill-idejn jispiċċaw ma’ kull ħaġa li jmissu u mal-ikel. Għalhekk huwa faċli li persuni oħra fil-familja jew fil-klassi jkunu infettati billi jikkontaminaw idejhom u jdaħħluhom f’ħalqhom.
Kif tkun taf jekk it-tfal għandhomx id-dud? L-ewwelnett mill-ħakk. Id-dud ġieli jidhru qishom ħjut bojod fit-toqba, speċjalment xi sagħtejn wara l-irqad. Il-bajd ma jidhirx, imma t-tabib jista’ jgħidlek biex twaħħal biċċa tape trasparenti mal-patata l-ewwel ħaġa kif iqumu biex jiċċekkja għall-bajd taħt il-mikroskopju.
It-trattament jinvolvi mistura jew pilloli (Vermox) li tingħata f’darbtejn b’intervall ta’ ġimgħatejn bejniethom. Huwa importanti li l-familja kollha tieħu l-mediċina, u fl-istess żmien, għax il-membri l-oħra jkun infettati wkoll. L-iġjene hi daqstant importanti. Il-ħwejjeġ ta’ taħt għandhom jinħaslu kuljum; il-lożor, xuġamani u l-ħwejjeġ tas-sodda għandhom jinħaslu ta’ spiss bl-ilma jaħraq. Waqt it-trattament it-tfal għandhom jingħataw shower kull filgħodu. Id-dwiefer għandhom jinqatgħu qosra, u ssir enfasi fuq il-ħasil tal-idejn u scrubbing tad-dwiefer, wara li jipporgaw u qabel l-ikel.