Adozzjoni tat-Tfal
Id-diskussjoni dwar l-adozzjoni għandha tkun iffukata fuq it-tfal u mhux fuq ‘id-drittijiet’ tal-adulti, sew jekk huma miżżewġin, f’unjoni ċivili jew persuni weħidhom. Ħadd m’għandu d-dritt sagrosant li jaddotta t-tfal; huma t-tfal li għandhom id-dritt tal-aħjar trobbija possibbli.
Huwa stramb kif il-liġi li qed tiġi diskussa fil-parlament se tagħti d-dritt tal-adozzjoni lil koppja f’unjoni ċivili meta l-liġi taż-żwieġ ma ssemmi xejn fuq hekk. Jien naħseb li l-adozzjoni għandha tkun diskussa separatament u regolata b’liġi apposta biex l-ewwelnett tħaffef il-proċess tal-adozzjoni u biex tħares l-aħjar interessi tat-tfal.
It-tfal għandhom bżonn jitrabbew f'atmosfera ta' mħabba. It-tfal jeħtieġu wkoll l-influwenza u l-affezzjoni tal-papà u tal-mamà. Fil-qiegħ ta’ qalbna lkoll hekk nixtiequ. L-importanza tal-missier u tal-omm flimkien fit-trobbija tat-tfal għandha tkun meqjusa bħala prinċipju ewlieni fil-liġi tal-adozzjoni.
Għaldaqstant waqt il-proċess tal-adozzjoni l-ewwel preferenza għandha tingħata lil raġel u mara miżżewġin. Altrimenti inkunu qed niddiskriminaw kontra t-tfal u niċħdulhom l-għożża u l-imħabba ta’ omm jew ta’ missier.