Bedwetting
Meta jagħlqu 5 snin ħafna tfal jkunu waqfu jagħmlu pipì taħthom bil-lejl. Madwar 30% jibqgħu jixxarrbu bil-lejl, xi wħud minnhom darba kultant u oħrajn aktar ta’ spiss. Din il-problema tissejjaħ bedwetting jew nocturnal enuresis. Sa għaxar snin ftit anqas minn 10% tat-tfal jkunu għadhom jagħmlu pipì bil-lejl.
Aktar ma jikbru t-tfal jibdew jiddejqu li għadhom jagħmlu pipì taħthom. Għandhom bżonn l-għajnuna u l-appoġġ sħiħ tal-ġenituri.
Il-Kawża
It-tfal ma jagħmlux taħthom għax iridu. Ħafna drabi wieħed mill-ġenituri kellu l-istess problema meta kien għadu żgħir.
Ir-raġunijiet tal-bedwetting jistgħu jkunu dawn:
Il-Kura
M’hemmx bżonn ebda kura fit-tfal taħt is-7 snin (ħlief jekk ikun hemm problemi tal-pipì matul il-jum ukoll jew jekk it-tfal jerġgħu jibdew jagħmlu pipì bil-lejl). Sa din l-età ħafna tfal jitgħallmu weħidhom jikkontrollaw il-pipì bil-lejl.
Tajjeb tikkonsidra xi forma ta’ kura fi tfal akbar minn 7 snin, speċjalment jekk il-problema tkun qed taffettwa ħażin lit-tfal (ngħidu aħna ma’ sħabhom) u jekk it-tfal ikunu jixtiequ u motivati biex isolvu l-problema.
It-trattament jista’ jinkludi:
Il-problema ġeneralment tissolva aktar ma t-tfal jikbru u jimmaturaw.
Meta Għandek Tkellem Tabib
Kellem lit-tabib tat-tfal jekk it-tfal jibqgħu jagħmlu pipi fis-sodda wara li jagħlqu 7 snin. Barra minn hekk ikkonsulta mat-tabib jekk it-tifla jew it-tifel:

- il-bużżieqa tal-pipì tkun żgħira
- irqad fil-fond
- stress
- kostipazzjoni
- livell baxx ta’ hormone (anti-diuretic hormone) li ssoltu tnaqqas l-ammont ta’ pipì matul il-lejl.
Il-Kura
M’hemmx bżonn ebda kura fit-tfal taħt is-7 snin (ħlief jekk ikun hemm problemi tal-pipì matul il-jum ukoll jew jekk it-tfal jerġgħu jibdew jagħmlu pipì bil-lejl). Sa din l-età ħafna tfal jitgħallmu weħidhom jikkontrollaw il-pipì bil-lejl.
Tajjeb tikkonsidra xi forma ta’ kura fi tfal akbar minn 7 snin, speċjalment jekk il-problema tkun qed taffettwa ħażin lit-tfal (ngħidu aħna ma’ sħabhom) u jekk it-tfal ikunu jixtiequ u motivati biex isolvu l-problema.
It-trattament jista’ jinkludi:
- Alarm
- Star chart u rewards
- Mediċina
- It-tfal jixorbu ftit jew xejn fis-sigħat qabel jidħlu jorqdu.
- Tevita l-kaffeina (fiċ-ċikkulata u colas).
- It-tfal jidħlu jagħmlu pipì l-aħħar ħaġa qabel jorqdu.
- Tħalli dawl baxx mal-lejl u aċċess għat-toilet jew potty biex ikunu jistgħu jqumu u jagħmlu pipì jekk iħossu l-bżonn.
- Il-ġenituri m’għandhomx iċanfruhom peress li t-tfal ma jixxarrbux apposta.
- Il-ġenituri għandhom ifaħħru u jinkoraġġixxu lil uliedhom kull darba li jirnexxielhom jibqgħu xotti.
Il-problema ġeneralment tissolva aktar ma t-tfal jikbru u jimmaturaw.
Meta Għandek Tkellem Tabib
Kellem lit-tabib tat-tfal jekk it-tfal jibqgħu jagħmlu pipi fis-sodda wara li jagħlqu 7 snin. Barra minn hekk ikkonsulta mat-tabib jekk it-tifla jew it-tifel:
- Iħoss l-bżonn li jagħmel pipi aktar tas-spiss mis-soltu
- Iħossu aktar bil-għatx u jixrob aktar mis-soltu
- Taħarqu l-pipi
- Ikollu nefħa f’saqajh jew fl-għakiesi.
- Jerġa’ jibda jagħmel pipi taħtu wara li qabel kien diġa dara jkun xott matul il-lejl.