Prevenzjoni ta’ Xerqa fit-Tfal
It-tfal żgħar iħobbu jdaħħlu kollox f'ħalqhom u għalhekk jistgħu jixirqu f’oġġetti żgħar li jsibu kif ukoll f'ċertu ikel.
Fid-dar u fejn ikun hemm it-tfal m’għandniex inħallu oġġetti żgħar (bħal button batteries u muniti) għax jistgħu isibuhom u jdaħħluhom f’ħalqhom. Il-bżieżaq tal-parties jistgħu jkunu perikolużi peress li xi biċċa mill-bużżieqa meta tinfaqa’ tista’ issodd il-pajp tan-nifs.Ara li t-toys huma tajbin għall-età tat-tfal u li m’għandhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu.
L-ikel jikkawża nofs il-każijiet ta’ xerqa fit-tfal. Sakemm ikollhom 4 snin it-tfal m’għandhomx jingħataw lewż, popcorn, chewing gum u biċċiet tal-ħelu u ikel iebes. Il-laħam u ikel ieħor għandu jkun imqatta’ f’biċċiet żgħar.
It-tfal għandhom ipoġġu bilqegħda waqt l-ikel u ma jitħallewx jieklu waqt li qed jiġru u jilgħabu. It-tfal żgħar m’għandhomx jitħallew jieklu weħidhom. Attenta minn tfal akbar li jistgħu jagħtu lil ħuthom iżgħar xi oġġett jew biċċa ikel u jixirqu fih.
Ara wkoll: L-Ewwel Għajnunu għal Xerqa fit-Tfal