Ikel li ma jistax jingħata lit-tarbija
It-tarbija tibda l-ewwel ikel meta jkollha bejn 4 u 6 xhur. Issoltu nibdew b'purè tal-ħaxix, u aktar tard frott magħsur. Minn sitt xhur 'il quddiem it-tarbija tingħata varjetà sħiħa ta' ikel differenti, anke mill-ikel tal-familja. Dan jinkludi laħam, ħut, tiġieġ, pasta, ross, barley, ħobz, pulses u prodotti tal-ħalib full-fat (bħal jogurt u ġobon), u porridge tal-oats.
Wieħed irid joqgħod attent għal dan dan l-ikel:
- Iżżidx melħ mal-ikel u evita ikel mielaħ; il-kliewi tat-trabi ma jifilħux għal ħafna melħ żejjed.
- Iżżidx zokkor (jew gallettina jew rusk) mal-ħalib. Tagħtix meraq tal-frott, fruit drinks, jew xarbiet ħelwin. Iz-zokkor iħassar is-snien u jikkontribwixxi għall-obeżità.
- Tagħtix għasel qabel it-tarbija tagħlaq sena peress li jista' jikkawza marda serja li tissejjaħ botulism.
- Tagħtix prodotti low-fat jew light; it-trabi għandhom bżonn ix-xaħam u ż-żejt għall-enerġija u biex jikbru.
- Tagħtix ħut bħal pixxispad (swordfish) peress li fih ammont għoli ta' merkurju.
- Tagħtix kaffeina (li tinsab fit-te, kafè u colas) peress li tnaqqas l-absorption tal-ħadid.
- Tagħtix ikel iebes bħal lewż jew biċċiet tal-lewż jew popcorn sakemm ikollhom 4 snin (minħabba riskju ta' xerqa). Però tista' tuża tuża smooth peanut butter.
- Tagħtix frott tal-baħar (shellfish) nej minħabba riskju ta' food poisoning.
- Tagħtix bajd nej. Il-bajd għandu jkun imsajjar sew (l-abjad u l-isfar iridu jkunu iebsa) minħabba riskju ta' infezzjoni mis-salmonella.
- Il-ħalib pasturizzat jista' jieħu post il-ħalib tal-formula meta t-tarbija tagħlaq sena. Imma anke minn qabel sena tista' tuża ħalib pasturizzat mal-ikel; barra minn hekk għandek tagħti prodotti tal-ħalib bħal jogurt full-fat u ġobon.
Ara wkoll: Ikel għat-Tarbija (weaning)