Thyroid screening għat-trabi tat-twelid
It-tfal kollha li jitwieldu Malta isirilhom screening test biex niċċekkjaw jekk il-glandola tat-thyoid tkunx taħdem sew.
Kull sena jitwieldu medja ta' żewġ trabi li jkollhom it-thyroid taħdem bil-mod. Din il-kundizzjoni jisimha congenital hypothyroidism u tista’ twassal għall-problemi fl-iżvilupp mentali u fiżiku tat-tarbija.
Għalhekk huwa importanti li nidentifikaw it-trabi b’congenital hypothyoidism sabiex inkunu nistgħu nibdew il-kura immedjatament għall-aħjar żvilupp tat-tarbija.
It-test isir fuq qatra demm li l-midwife tieħu mill-għarqub tat-tarbija fiż-żjara li tagħmel id-dar bejn tlett u ħamest ijiem mit-twelid.
Il-ġenituri jkunu mgħarrfin jekk it-test ikun jindika l-possibilità ta' congenital hypothyroidism. It-tarbija tkun riferuta l-isptar biex isiru aktar testijiet, u jekk ikun hemm bżonn tinbeda l-kura.