Toe Walking
Ġeneralment it-tfal jibdew jimxu fuq il-pala tas-sieq minn meta jagħmlu l-ewwel pass. Oħrajn jibdew jimxu fuq il-ponot ta’ saqajhom. Ħafna minnhom jissettiljaw f’sitt xhur jew anqas minn meta jkunu bdew jimxu. Ftit minnhom jibqgħu jimxu fuq il-ponot anke wara li jagħlqu tlett snin.
It-tifel ikun kapaċi joqgħod bil-wieqfa bil-pali tas-saqajn ċatti mal-art, imma meta jimxi jew jiġri jippreferi jimxi fuq is-swaba. Wieħed jinnota li xorta waħda jibbilanċja u jlaħħaq ma’ sħabu. Ħafna drabi xi ħadd fil-familja (ġenituri jew aħwa) kellhom l-istess problema.
X'tista' tagħmel

- Kellem lit-tabib tat-tfal biex jeżamina lit-tifel u jeskludi problemi oħra (bħal cerebral palsy jew awtiżmu).
- Għażel żarbun tajjeb, bil-qiegħ u l-arqub sod.
- Il-fiżjoterapista tgħallmek x’tip ta’ eżerċizzji tista’ tagħmel għall-muskoli tar-riġlejn.