Problemi tal-ikel fit-tfal (fussy eaters)
Il-ġenituri u n-nanniet sikwit jinkwetaw iżżejjed għax jippretendu li t-tfal għandhom jieklu aktar.
Wara li jagħlqu sena, ħafna tfal inaqqsu mill-ikel għax ma jibqgħux jikbru daqs qabel (tarbija ta’ tmien xhur iżżid kilo f’xahrejn, filwaqt li toddler iżid kilo f’sitt xhur). It-tfal żgħar għandhom aptit żgħir għax m’għandhomx bżonn ħafna ikel; it-toddlers jippreferu jiġru u jilghabu l-ġurnata kollha minflok jieklu.
Barra minn hekk, hawn tfal li jgħaddu bi ftit ikel, u dan ikun biżżejjed għalihom. Jagħmlu ħażin il-ġenituri li jqabblu t-tifel tagħhom ma’ tfal oħra, għax it-tfal m’humiex kollha l-istess.
It-toddlers m’għandhomx bżonn ikel speċjali, lanqas għandhom jibqgħu jingħataw ikel magħsur jew purè – huwa biżżejjed li l-ikel ikun imqatta f’biċċiet żgħar, f’ammont żgħir u preżentat b’mod interessanti. It-toddlers jieħdu gost imissu u jilghabu bl-ikel; importanti li nħalluhom, avolju jiddelku, jħammġu ħwejjiġhom u madwarhom! B’hekk jitgħallmu jieklu weħidhom u jiggostaw l-ikel.
It-tfal żgħar għandhom jieklu bħal bqija tal-familja, sakemm l-ikel ma jkunx fih ħafna melħ jew zokkor (wara kollox ħafna ikel mielaħ u ħelu mhu tajjeb għal ħadd). Evita vażetti ta’ ikel u frott reklamati għat-tfal. Aħjar mill-ikel frisk żgur m’hemmx.
L-aptit tat-tfal żgħar
It-tfal jieklu skond l-aptit, u l-aptit tagħhom jinbidel minn żmien għall-ieħor. Kultant jgħaddu minn perjodu li jieklu kulma jsibu; imbagħad jiġi żmien li jieklu anqas. Meta jkunu morda, anke sempliċement b’riħ jew bl-imsaren, huwa normali li ma jieklu kważi xejn. Offri ilma u ħalib, u ikel artab lit-tfal morda, imma qatt tisforzahom biex jieklu. L-aptit jerġa’ jiġi waħdu meta jfiqu u jerġgħu iżidu l-piż li jkunu tiflu. M’hemmx bżonn ta’ vitamini “biex jinfetaħlu l-aptit”!
It-tfal jieklu jekk ikunu bil-ġuħ; jekk ma jiklux ifisser li m’humiex bil-ġuħ, u għalhekk m’għandhomx ikunu sfurzati jieklu bil-fors.
Hemm min jagħti lit-tfal snacks melħin (bħal boroż tal-crisps) jew ħelwin (bħal merendina jew ċikkulata) biex “ta’ lanqas jieklu xi ħaġa”. Dan iwassal biex ma jkollhomx ġuħ u aptit għall-ħin tal-ikel.
L-istess jista’ jingħad għall-ħalib; jekk it-tfal jingħataw ħafna ħalib, mhux ta’ b’xejn ma jkollomx aptit jieklu. F’ġurnata t-toddlers għandhom jieħdu mhux iżjed minn 600ml (20 ounces) ħalib. Naturalment, ilma jistgħu jixorbu kemm iridu. Forsi tgħidli, “Imma jien nagħtih il-ħalib għax mill-bqija ma jiekol xejn!” Trid tibda tirraġuna bil-kontra: it-tifel tiegħek jiekol ftit għax qed jixba bil-ħalib li tagħtih. Naqqas il-ħalib, u biż-żmien jibda iżid fl-ikel. Huwa sewwa li tagħtih flixkun ħalib ‘follow-on’ – mill-bqija, jista’ jixrob ħalib frisk pasturizzat.
Ftakar li t-tfal kapaċi jirregolaw kemm għandhom bżonn jieklu skond l-aptit tagħhom.
Dejjem l-istess ikel!
It-toddlers jgħaddu minn żmien fejn l-għażla tal-ikel tkun limitata ħafna. Jagħmel ġranet jieħu l-għaġin bil-ġobon biss, jew ħobż bil-butir biss, jew chicken nuggets. Din hi ħaġa normali. Wara xi żmien it-tifel ibiddel l-ikel favorit, u jerġa’ wara ftit ieħor, jerġa’ jbiddel. Il-ġenituri m’għandhomx għalfejn jinkwetaw fuq hekk, imma xorta’ għandhom jibqgħu jippreżentaw ikel differenti flimkien mal-ikel favorit.
M’hemm ebda ikel li hu assolutament neċċessarju, għax għal kull ikel tista’ issib alternattivi li fihom l-istess nutritenti. X’tista’ toffri minflok ħalib, ħaxix jew laħam?
1. Il-ħalib hu importanti għall-kalċju u l-protejini. Minflok ħalib tista’ toffri ġobon, milkshakes, ġelat, jogurt, custard, rikotta, ġobon maħkuk mal-ikel, smootie tal-jogurt u tal-frott.
2. Il-ħaxix jipprovdi ħafna vitamini u fibra. Minflok ħaxix offri salads friski, sopop, frott, u meraq tal-frott (frisk jew ‘no added sugar’, sa nofs tazza kuljum). Il-baked beans ukoll fihom ħafna vitamini u fibra. Uża għazz mas-sopop.
3. Il-laħam aħmar hu sors ewlieni tal-ħadid u protejini. Minflok laħam aħmar offri ċereali (fortified), baked beans, għazz, broccoli, brussel sprouts, ħobż ismar, fwied u salamun. Il-vitamina C fil-larinġ tgħin biex il-musrana tassorbi l-ħadid, waqt li l-kaffeina (fit-te’ jew kafe’) tfikxek. Il-laħam aħmar jista’ jinħeba fiz-zalza tal-imqarun il-forn jew burgers. Flixkun ħalib kuljum ħalib ‘follow-on’ ukoll fih ħafna ħadid.
Ma jiekol xejn!
‘It-tifel tiegħi ma jrid jiekol xejn? X’se nagħmillu?’
Forsi l-kelma ‘xejn’ hi ftit esaġerata. Jekk tqis sewwa x’jiekol matul il-ġurnata, issib li jiekol aktar milli taħseb, kemm fl-ammont kif ukoll fil-varjetà.
Kellem lit-tabib biex ikejjel u jiżen lit-tifel. B’hekk tassiggura ruħek li qed jikber tajjeb. L-esperjenza għallmitni li fil-biċċa l-kbira, dawn it-tfal ikunu qed jikbru sew avolja l-ġenituri jinkwetaw li m’humiex jieklu biżżejjed. Imma f’xi każijiet, jekk it-tifel ma jkunx qed jikber kemm mistenni, ikun hemm bżonn isiru xi testijiet.
Pariri prattiċi
1. Illimita l-ammont ta’ ħalib f’ġurnata għal madwar 500 mls, u żżid xejn mal-ħalib (gallettina jew ċereali).
2. Matul il-ġurnata offri snacks bħal yogurt, banana, għeneb, frawli, ċereali (bil-ħalib jew xotti) sandwich jew smootie (iżda tagħtix ta’ spiss boroż, gallettini, ċikkulata jew ħelu ieħor). Tagħtix snacks immedjatament qabel l-ħin tal-ikel.
3. Iż-żgħar jimitaw lill-adulti; għalhekk ara li t-tifel ipoġġi mal-bqija tal-familja għall-ikel (avolja ma’ jiekol xejn). Biż-żmien jitħajjar jagħmel bħal kbar. Oqgħod attenta mill-attitudni tiegħek għall-ikel – kemm-il darba semgħek tgħid li dak jew dik ma tħobbhiex, jew tkemmex wiċċek għal ċertu ikel. Ħafna tfal ‘fussy’ għandhom wieħed mill-ġenituri ‘fussy’ wkoll. Ta’ lanqas għamel ta’ bir-ruħek li qed tiekol bil-qalb.
4. Ippreżenta ammont żgħir ta’ ikel fi platt tal-plastik, avolja bilkemm imissu jew joqgħod jilgħab bih mingħajr ma jduqu, jew iħammeġ lilu nnifsu u madwaru. Meta jiddejjaq minnu, neħħih minn quddiemu bil-kalma kollha, u ħalli lit-tifel jitlaq.
5. Tisforzahx jiekol bilfors, bl-għajjat, tgergir, theddid jew wegħdi li wara tagħtih il-ħelu. Lanqas għandek taljenaħ u tbellgħalu l-ikel, jew tiġri warajh mad-dar kollha, jew quddiem it-television, biex forsi jieħu xi ħaga. Għandu jiekol mal-familja fuq il-mejda (imma s-snacks jista’ joħodhom fejn tixtieq).
6. Ħafna toddlers ma jitħajrux iduqu ikel ġdid, u jeħduh biss meta jsiru familjari miegħu. Tgħidx li ċertu ikel ma’ jħobbux għax ma missux l-ewwel darba; ibqa’ ppreżenta l-istess tip ta’ ikel fil-ġranet u ġimgħat ta’ wara. Xi darba jitħajjar imissu, iduqu, u fl-aħħar forsi jieklu u jogħġbu. Ir-riċerka turi li dawn it-tfal iridu jaraw l-istess ikel għal għaxar darbiet jew aktar qabel jaċċettawh. Aċċetta wkoll il-fatt li jkun hemm ikel li tassew ma jogħġbux; wara kollox ħafna minnna l-adulti wkoll għandna l-gosti u preferenzi tagħna (jien ma nimmaġinanix niekol il-bebbux jew laħam taż-żiemel).
Kelma tal-aħħar
Aktar minn kollox, tħallix il-problema tal-ikel tiddominak u toħloq tensjoni żejda fik u fil-bqija tal-familja, speċjalment fil-ħin tal-ikel. It-tifel mhux se jmut bil-ġuħ. Tisforzahx jiekol għax altrimenti l-problema tibqa’ sejra għal xhur u snin. Aħjar ma jiekol xejn jew jiekol ftit fil-paċi, milli toħloq xenata fuq il-mejda tal-ikel. Aċċetta lill-ibnek kif inhu, mhux kulħadd għandu statura kbira u aptit kbir. Bl-attitudni tajba tal-ġenituri, bil-mod il-mod dawn it-tfal jitgħallmu jieklu aktar ikel varjat u jieħdu gost bih.