Il-glandoli
F’xi ħin jew ieħor il-ġenituri jiskopru bħal boċċi jew żibeġ fl-għonq jew fin-naħa ta’ wara tar-ras. Jinkwetaw għax jaħsbu li jkun xi mard serju.
Issoltu dawn il-boċċi żgħar ma jkunu xejn għajr il-glandoli (lymph nodes) li t-tfal kollha għandhom f’ġisimhom. Minbarra f’dawn il-postijiet, it-tfal għandhom ukoll glandoli taħt il-geddum, taħt l-idejn (armpits) u qrib il-koxxa (groin).
Il-glandoli għandhom rwol importanti fid-difiża tal-ġisem kontra l-infezzjonijiet minn viruses u bacteria. Huwa normali li l-glandoli jikbru waqt infezzjoni, imma mbagħad biż-żmien jerġgħu jiċkienu.
Jien tal-parir li l-ġenituri jkellmu tabib jekk isibu xi boċċi speċjalment jekk ikun hemm xi sintomi oħra (bħal tbenġil, tnaqqis fil-piż, deni, għejja jew uġigħ), jew jekk il-glandoli ma jinżlux jew ikomplu jikbru. Ħafna drabi t-tabib jkun jista’ jserrħilhom moħħhom wara l-eżami fiżiku tat-tfal. Kultant ikun hemm bżonn xi testijiet (tad-demm, ultrasound jew biopsy) biex ikun eskluż mard aktar serju.