Cradle cap


Fl-ewwel xahrejn tal-ħajja xi trabi titrabbilhom bħal qoxra fuq rashom. Din tissejjah cradle cap jew seborrhoeic dermatitis. Il-qxur ikun safrani u żejtni. Minbarra fir-ras l-cradle cap tista’ tinvolvi l-wiċċ u partijiet oħra tal-ġisem.

Din il-kundizzjoni hi komuni, u soltu ma ddejjaqx it-tarbija u lanqas tħokkha. Meta taqa’ l-qoxra l-ġilda tkun tidher ħamra. Kultant anke ix-xagħar jaqa’ mal-qxur.

Il-cradle cap ma titteħidx minn persuna għall-oħra. Ma tiġix minħabba nuqqas ta’ iġjene jew allerġija. Naħsbu li tiġi minħabba li l-glandoli fil-ġilda (sebaceous glands) jipproduċu wisq żejt (sebum).

Il-cradle cap tgħaddi weħidha fi ftit ġimgħat jew xhur (għalkemm kultant iddum aktar). Il-ħasil tar-ras kuljum jgħin biex jikkontrollha. L-almond oil ma jgħinx. Tqaxxarx il-qoxra li ma tmurx tikkawża infezzjoni. Hemm prodotti apposta li tista’ tuża u huma effettivi ħafna.