Rubella (Ħosba Ġermaniża)
Fi żmienna r-rubella m’għadhiex aktar infezzjoni komuni. Ġeneralment hi marda ħafifa, bi ftit li xejn sintomi, speċjalment fit-tfal.
L-importanza tagħha hi fit-tqala. Jekk l-omm tkun infettata bir-rubella fl-ewwel xhur tat-tqala, jista’ jkun hemm korriment jew t-tarbija tista’ titwieled b’diversi problemi (‘congenital rubella syndrome’). It-tarbija tista’ titwieled ma tismax, u jkollha problema fl-għajnejn, fil-moħħ, fl-għadam, fil-qalb, u komplikazzjonijiet oħra.
Ir-rubella tixtered malajr mill-għatis u sogħla, u oġġetti kontaminati. Il-marid jibda jxerred il-mikrobu minn diversi ġranet qabel joħroġ ir-raxx sa xi ġimgħa wara.
Ladarba persuna kellha r-rubella (jew kienet imlaqqma), mhux is-soltu terġa’ toħroġilha.
Is-sintomi jistgħu jinkludu ftit deni, glandoli minfuħin (wara l-widnejn u n-naħa ta’ wara tar-ras); raxx ħafif fuq il-wiċċ, li jinferex fl-għonq, u l-bqija tal-ġisem. L-adulti jista’ jkollhom uġigħ fil-ġogi. It-tfal żgħar jista’ jkollhom biss r-raxx u xejn aktar. Is-sintomi jibdew ġimgħatejn jew tlieta wara li tkun ħadt il-mikrobu.
Minħabba li ħafna tfal, subien u bniet, huma mlaqqmin għar-rubella (parti mill-MMR), il-marda saret rari f’pajjiżna. Dan jipproteġi lill-ommijiet tqal u t-tarbija fil-ġuf. Qabel it-tqala kull mara għandha taċċerta li hi mlaqqma għar-rubella. Jeżisti test tad-demm biex tkun taf jekk intix immume jew le.