Id-"duda" tat-tifel
Meta t-tfal subien ikunu għadhom żgħar, il-ġilda li tgħatti r-ras (foreskin) tkun għadha mwaħħla. Dan huwa normali.
Il-proċess naturali biex il-ġilda tinqala minn mar-ras jieħu ż-żmien. Kultant tibda tixxammar meta t-tifel jkollu xi sena, imma sikwit diversi snin wara, u kultant anke fl-adoloxxenza. Dan huwa kollu normali; it-tfal mhux kollha l-istess.

Meta dan iseħħ il-foreskin tkun tista’ tixxammar faċilment u mingħajr ebda uġigħ.
Sadanittant tipprovax ixxammar id-duda bi sforz, għax tikkawża uġigħ, joħroġ id-demm, u ma tirbaħ xejn, anżi aktar hemm ċans li toħloq problemi.
Pariri Prattiċi
Sadanittant tipprovax ixxammar id-duda bi sforz, għax tikkawża uġigħ, joħroġ id-demm, u ma tirbaħ xejn, anżi aktar hemm ċans li toħloq problemi.
Pariri Prattiċi
- Id-duda tat-tarbija u tfal żgħar m’għandiex bżonn xi kura speċjali. M’hemmx għalfejn tnaddaf fuq ġewwa sakemm tkun għadha ma tixxammarx.
- Meta l-ġilda tkun bdiet tixxammar, għallem lit-tifel biex jikxef u jaħsel r-ras bl-ilma, u wara jerġa’ jgħattiha.
- Ara li t-tifel itajjar il-pipi sewwa meta jkun għadu tarbija tat-twelid. Jekk il-pipi dejjem toħroġ bil-mod, bħal tqattar, kellem lit-tabib għax jista' jkun hemm djuq fil-passaġġ tal-pipi.
- Kelllem lit-tabib jekk ikun hemm ħmura, nefħa, materja jew uġigħ fid-duda, jew jekk tintefaħ meta jagħmel il-pipì.
- Jekk il-ġilda tixxammar u ma tkunx tista' tmur lura f'postha (paraphimosis), ħu lit-tifel l-isptar urġenti.
- Kellem lit-tabib jekk it-tifel huwa adoloxxenti u l-ġilda tkun għadha ma tixxammarx.