Slapped Cheek Disease


Slapped cheek hi infezzjoni minn virus (Parvovirus B19). Tissejjaħ hekk għax is-sintomu ewlieni ta' din l-infezzjoni huwa raxx ħamrani fuq il-wardiet tal-wiċċ. Din il-marda hi l-aktar komuni fit-tfal bejn 4 u 12-il sena, imma tista’ tolqot lil kulħadd.

Ftit ġranet qabel joħroġ ir-raxx it-tfal jista' jkollhom id-deni, flissjoni u xi wġigħ. Minbarra r-raxx fil-wiċċ, jista’ wkoll ikun hemm raxx qisu bizzilla fuq il-bqija tal-ġisem. Ir-raxx idum ftit ġranet għalkemm kultant jaf jiġi u jmur fuq perjodu ta' diversi ġimgħat qabel jitlaq għal kollox.

Slapped cheek mhix infezzjoni serja u infatti ħafna tfal jieħdu l-virus mingħajr ma jkunu jidhru morda. Il-komplikazzjonijiet huma rari, ħlief fi tfal li jbatu minn thalassaemia, spherocytosis, jew dawk li qiegħdin fuq l-isteroids (pilloli, mhux inhalers) u chemotherapy. Waqt it-tqala hemm riskju żgħir (5%) ta' anemija fit-tarbija u korriment, speċjalment fl-ewwel nofs tat-tqala.

M’hemmx bżonn xi kura speċjali. L-antibiotiċi ma jaħdmux fuq dan il-virus. Tista’ tuża paracetamol jew ibuprofen għad-deni jew uġigħ.

Il-ħasil tal-idejn innaqqas ir-riskju li tieħu din l-infezzjoni u infezzjonjiet oħra. Jistgħu jgħaddu sa ġimgħatejn minn meta persunsa tkun infettata bil-virus sakemm toħroġ il-marda, u waqt dan il-perjodu t-tfal jkunu qed ixerrdu l-virus. Meta joħroġ ir-raxx fuq il-wiċċ u l-ġisem it-tfal ma jibqgħux infettivi u għalhekk jistgħu jirritornaw l-iskola.