Slapped Cheek waqt it-Tqala
Fil-parti l-kbira l-islapped cheek disease ma toħloqx problemi għan-nisa tqal u t-tarbija.
Madwar nofs in-nisa tqal huma diġa immune għall-parvovirus, u għalhekk dawn in-nisa u t-trabi huma diġa’ protetti milli jaqbadhom dan il-virus.
Anke n-nisa tqal li m’humiex immune ġeneralment ma jkollhomx komplikazzjonijiet serji. Il-mara jista’ jkollha marda ħafifa u t-tarbija ma jiġrilha xejn. Rarament it-tarbija jkollha anemia qawwija u l-omm jista’ jkollha korriment, speċjalment fl-ewwel nofs tat-tqala. Dan jiġri f’anqas minn 5% tan-nisa tqal li jkollhom il-parvovirus.
Huwa prudenti li mara tqila u li mhix immune ma tmurx qrib tfal u nies morda bil-parvovirus, imma l-problema hi li t-tfal ikunu qed ixerrdu l-virus divesi ġranet qabel joħroġ ir-raxx. Infatti ftit wara li joħroġ ir-raxx huma ma jibqgħux aktar infettivi.
Jekk mara tqila tissuspetta li kellha kuntatt ma’ xi ħadd marid bl-islapped cheek disease jew li jista’ jkollha din il-marda, l-aħjar tkellem lill-obstetrician. L-ispeċjalista jista’ jordna test tad-demm u ultrasound scan.
Ara wkoll: Slapped Cheek Disease