Kif Tuża l-Inhaler

L-inhaler fih mediċina li toħroġ f’forma ta’ sprej (puff). L-inhaler m’għandux jitqiegħed direttament fil-ħalq imma għandu jintuża dejjem flimkien ma’ spacer biex iwassal il-mediċina fil-pulmun b'mod aktar effiċjenti. B’hekk ikun hemm anqas side effects u l-mediċina tkun ħafna aktar effettiva.

MEDIĊINI

Hemm żewġ tipi ta’ mediċini li jintużaw fi tfal bis-sogħla, wheezing u qtugħ ta’ nifs:

1. Ir-reliever, l-inhaler il-blu (salbutamol), jintuża biex iserraħ lit-tifel mis-sintomi tas-sogħla, qtugħ ta’ nifs u tisfir fis-sider (wheezing).

2. Il-preventer, l-inhaler tal-isteroid, jservi bħala prevenzjoni, biex ibiegħed l-attakki u jnaqqas il-gravità tagħhom. Dan għandu jintuża kuljum anki meta ma jkunx hemm sintomi.

SPACER

Għat-tfal żgħar l-ispacer irid ikollu facemask li tgħatti l-ħalq, il-geddum u l-imniffsejn. Tfal akbar (madwar 6 snin) u adoloxxenti jistgħu jużaw spacer b'mouthpiece biss.

Aħsel l-ispacer bl-ilma u s-sapun tal-platti darba fix-xahar. Tixxottaħx. Ħallih joqtor sakemm jinxef.

KIF TAGĦTI L-PUFFS

Trabi u Tfal Żgħar
  1. Ħawwad l-inhaler sewwa.
  2. Neħħi t-tapp u daħħal l-inhaler fl-ispacer.
  3. Qiegħed il-facemask mal-wiċċ biex tgħatti l-ħalq u l-imnifsejn.
  4. Agħfas l-inhaler biex titfa’ puff waħda fl-ispacer.
  5. Ħalli t-tifel jieħu ħames nifsijiet (il-valve jiċċaqlaq ma' kull nifs), jiġifieri madwar 10 sekondi.
  6. Jekk suppost tagħti aktar puffs, irrepeti 4 u 5.
L-inhaler jista’ jibqa’ mqabbad mal-inhaler (imma tinsiex tħawwad l-inhaler kull meta tużah).
Tfal Kbar u Adoloxxenti
  1. Ħawwad l-inhaler sewwa.
  2. Neħħi t-tapp u daħħal l-inhaler fl-ispacer.
  3. Żomm tajjeb il-mouthpiece bejn xofftejk.
  4. Agħfas l-inhaler biex titfa’ puff waħda fl-ispacer.
  5. Ħu ħames nifsijiet bil-mod u fil-fond.
  6. Jekk suppost tieħu aktar puffs, erġa’ agħfas l-inhaler u ħu ħames nifsijiet oħra.
  7. Laħlaħ ħalqek bi ftit ilma.
L-inhaler jista’ jibqa’ mqabbad mal-inhaler (imma tinsiex tħawwad l-inhaler kull meta tużah). 
Ara wkoll: L-Ażma u Wheezing fit-Tfal