Ħruq ta' Sant'Antnin u t-tfal
It-tfal jistgħu jieħdu l-ġidri r-riħ (chickenpox) jekk ikollhom kuntatt ma xi ħadd li għandu l-ħruq ta’ Sant'Antnin (shingles, zoster). Ir-riskju huwa żgħir.
Bħala prevenzzjoni:
1. Jekk ikun possibbli t-tfal (speċjalment trabi) m’għandhomx jersqu qrib dak li għandu x-shingles (minn meta joħorġu l-ewwel ponot sakemm jinxfu).
2. Il-pazjent għandu jieħu l-mediċina (anti-viral); iżomm il-ponot mgħottija, ma jħokkx, u jaħsel idejh ta’ spiss.
Tfal li qabel kellhom il-ġidri jew ħadu t-tilqima tal-ġidri huma protetti milli jieħdu l-ġidri sew minn adulti bix-shingles kif ukoll minn tfal oħra bil-ġidri. Ara: It-tilqima tal-ġidri
Ħaġa oħra. Jekk tissuspetta li int jew xi ħadd tal-familja (speċjalment jekk ikun anzjan) għandu bidu ta’ "shingles" (ħruq ta’ Sant’Antnin), KELLEM IT-TABIB TAL-FAMILJA MILL-EWWEL biex tinbeda l-mediċina kmieni u tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa "post-herpetic neuralgia" (uġigħ kontinwu u kroniku, li jista’ jwassal għal ħafna tbatija u dipressjoni). Is-sintomi tax-"shingles" huma ħruq, uġigħ, tinġiż jew ħakk f’faxxa fuq il-ġilda fuq banda waħda tal-ġisem jew tal-wiċċ. Aktar tard jitfaċċaw xi ponot. KELLEM IT-TABIB MALAJR.