Carotenaemia (ġilda safranija)
Il-ġilda tat-trabi u tfal żgħar tista' tisfar, u ġieli anke issir oranġjo, jekk jingħataw wisq ikel li fih il-beta-carotene. Din hi kundizzjoni tissejjaħ carotenaemia.
L-ikel li fih ħafna beta-carotene jinkludi:
- l-ikel kummerċjali tat-trabi
- il-karrotti
- il-qargħa ħamra
- sweet potatoes
- butternut squash
Il-beta-carotene hija ‘provitamin’ – il-ġisem jibdel din is-sustanza f’vitamina A. Il-vitamina A tgħin għall-viżta tajba, biex il-ġisem jiġġieled l-infezzjonijiet u funzjonijiet oħra.
Il-carotenaemima mhix kundizzjoni serja. Mhix meqjusa bħala marda. Naturalment huwa importanti li wieħed jiddistingwiha mis-suffejra u l-anemija. Meta jkun hemm is-suffejra l-abjad tal-għajnejn ukoll jisfar filwaqt li fil-caronenamia jibqa’ abjad.
M’hemmx bżonn kura għall-carotenaemia, ħlief li tnaqqas l-ammont tal-ikel li fih il-beta-carotene u tagħti lit-tfal għażla aktar wiesa’ ta’ ħxejjex. Il-kulur tal-ġilda jirritorna għan-normali fi ftit xhur.