Sintomi tad-dijabete fit-tfal
Hemm żewġ forom tad-dijabete:
L-insulina hi hormone li tirregola z-zokkor (glucose) fid-demm. Fin-nuqqas ta’ insulina, il-livell ta’ glucose fid-demm jogħla u jispiċċa fil-pipì.
X’inhuma s-sintomi li t-tfal jista’ jkollhom id-dijabete:
Dawn is-sintomi jista’ jkunu ġejjin minn problemi oħra u mhux bilfors dijabete. Madankollu jekk it-tifel jew it-tifla tiegħek ikollhom dawn is-sintomi, ħudhom għand it-tabib għal eżami kliniku u biex jiċċekkja l-pipì għall-glucose u ketones, u jekk ikun hemm bżonn isir ukoll test tal-glucose fid-demm.
- Tip 1 (wieħed) tiġi minħabba nuqqas ta’ insulina (u għalhekk tissejjaħ ukoll insulin-dependent diabetes, jew IDDM fil-qosor);
- Tip 2 (tnejn) tiġi minħabba obeżità (u tissejjaħ ukoll non-insulin dependent diabetes, NIDDM fil-qosor). Għalkemm id-dijabete Tip 2 hi rari fit-tfal, il-ħxuna fit-tfulija żżid ir-riskju li aktar tard f’ħajjithom taqbadhom din il-forma ta’ dijabete li sfortunatament hi tant komuni f’pajjiżna.
L-insulina hi hormone li tirregola z-zokkor (glucose) fid-demm. Fin-nuqqas ta’ insulina, il-livell ta’ glucose fid-demm jogħla u jispiċċa fil-pipì.
X’inhuma s-sintomi li t-tfal jista’ jkollhom id-dijabete:
- Ħafna għatx u jixorbu wisq aktar mis-soltu.
- Jgħaddu ammont kbir u spiss ta’ pipì.
- Ġuħ kbir.
- Tnaqqis fil-piż fuq perjodu qasir.
- Għejja, telqa jew imġieba mhux tas-soltu.