L-għasel għat-tfal
Nista’ nagħti għasel lit-tarbija u t-tfal?
Tagħtix għasel lit-tarbija qabel tagħlaq sena. L-għasel jista’ jikkawżalha marda serja, botulism. Lil tfal akbar, minn sena 'l fuq, tista’ tagħtihom ftit għasel.
Nista’ nuża l-għasel mal-ikel?
L-għasel għandu tomgħa ħelwa u jista’ jintuża f’ammont żgħir mal-ikel, ngħidu aħna kuċċarina għasal mal-porridge tal-oats. Ftakar li l-għasel fih ħafna zokkor, u għalhekk m'għandekx tagħti lit-tfal aktar minn kuċċarina jew tnejn kuljum.
Nista’ nuża’ l-għasel meta t-tfal ikunu morda?
L-għasel jgħin biex itaffi l-uġigħ fil-griżmejn u biex jikkalma s-sogħla. Tista' tagħti kuċċarina għasel filgħaxija meta t-tfal ikollhom riħ. Ipprepara xarba sħuna billi tagħsar nofs lumija f’kikkra ilma sħun, u dewweb kuċċarina għasel fih.
Kellem it-tabib jekk it-tfal ikollhom id-deni, jidhru morda jew ikollhom in-nifs mgħaġġel.
Nista’ nagħti l-għasel manuka kuljum lit-tfal biex nilqagħlhom għall-mard?
Ir-riċerka turi li dan l-għasel ma jgħinx biex jippreveni l-mard respiratorju fit-tfal. Għalhekk ma nagħtix parir li tuża l-għasel manuka jew għasel ieħor għal dan l-iskop. (Ara hawn u hawn)