Strep A


Kien hemm rapporti fil-media dwar żieda ta' infezzjonijiet b'dan il-mikrobu fir-Renju Unit u pajjiżi Ewropej oħra, u anke xi imwiet ta' tfal.

Strep A jikkawża numru ta' infezzjonijiet differenti - bħal tonsillite, infezzjonjiet fil-ġilda u skarlitina. Dawn l-infezzjonijiet jitfejqu b'antibiotiku.

Rari, Strep A jista' jikkawża mard aktar serju u li jista' jkun fatali (invasive group A streptococcus jew iGAS).

F'Malta ukoll naraw tfal morda bi Strep A. Mhux biss, bħalissa għaddejjin minn mewġa ta' infezzjonijiet respiratorji li jinkludu adenovirus, RSV, Covid u influwenza. Tfal morda bil-ġidri r-riħ jew l-influwenza huma aktar suġġetti li jaqbadhom iGAS.

Il-parir tiegħi lill-ġenituri huwa sempliċi: ikkonsulta ma' tabib jekk it-tfal ikunu morda u bid-deni. Erġa' fittex għajnuna medika jekk il-kundizzjoni tat-tfal tiggrava. Trabi li għandhom anqas minn 3 xhur bid-deni, u tfal morda serjament, għandhom jittieħdu l-isptar mill-ewwel.

Għal prevenzjoni: ħasil tal-idejn, tfal morda (bid-deni, sogħla, flissjoni, eċċ) m'għandhomx jintbatu l-iskola. Agħti lit-tfal it-tilqima tal-influwenza. M'hemmx tilqima kontra Strep A.

Dan l-atiklu jagħti aktar tagħrif dwar Strep A. link