Ħarqa jew samta
L-Ewwel Għajnuna
- Biegħed il-persuna mill-periklu biex tevita aktar ħsara.
- Neħħi l-ħwejjeġ u ġojjellerija madwar il-ħarqa jew is-samta (jekk hemm bżonn uża imqass), imma tipprovax tneħħi l-ħwejjeġ mwaħħla mal-ġilda.
- Kessaħ il-ħarqa taħt l-ilma tal-vit jew shower għal 20 minuta. Tużax silġ jew ilma kiesaħ, u ddellek xejn fuq il-ġilda.
- Wara li tkessaħ il-ħarqa, għattiha bi cling-film jew daħħal l-id maħruqa f'borża tal-plastik nadifa.
- Agħti paracetamol jew ibuprofen għall-uġigħ.
- Żomm il-persuna sħuna, jekk hemm bżonn għattiha bi gverta.
- Żomm id-drigħ merfugħ (jekk il-ħarqa kienet f'id) biex tnaqqas in-nefħa.
- Dejjem ikkonsulta mat-tabib. Ċempel 112 jekk (a) il-ħarqa tkun kbira; (b) il-ħarqa tkun fil-wiċċ, l-idejn jew il-ġenitali; (ċ) il-ħarqa ġiet minn elettriku jew kimika; (d) jekk il-persuna tkun belgħet id-duħħan.