Kif tħares lit-tarbija mill-mard meta jimirdu l-ġenituri jew l-aħwa



Kif tista' tipproteġi lit-tarbija minn infezzjoni jekk xi ħadd mill-ġenituri jew mill-aħwa jkunu morda? Nissuġġerilek issegwi dawn il-pariri:

1. L-iġjene tal-idejn hi importanti. Aħsel idejk sewwa u ta’ spiss bis-sapun u l-ilma jew uża sanitiżer, speċjalment qabel ma tmiss lit-tarbija.
2. Ilbes maskra tal-wiċċ meta tkun viċin it-tarbija biex tnaqqas it-tixrid tal-qtar respiratorju.
3. Illimita l-kuntatt dirett mat-tarbija u evita li tbusha jew li tersaq wiċċ imb wiċċ magħha.
4. Naddaf u ddiżinfetta regolarment il-pumi tal-bibien, ġugarelli, u n-nappy changer.
5. Uża tissue jew il-minkeb biex tgħatti s-sogħla u l-għatis, u armi t-tissue immedjatament.
6. Jekk qed tredda’ lit-tarbija, kompli agħmel hekk, peress li l-ħalib tal-omm jipprovdi antibodies li jipproteġu lit-tarbija. Madankollu, aħsel idejk u ilbes maskra biex tevita t-trasmissjoni diretta.
7. Ara li hemm ventilazzjoni tajba fil-kamra (ħalli tieqa mbexxqa). Iftaħ it-twieqi regolarment sabiex tiċċirkola l-arja friska.
8. Jekk hemm persuna waħda biss marida, l-aħjar li toqgħod f’kamra għaliha.

Minkejja dan kollu, fil-prattika huwa diffiċli li t-tarbija ma timradx ukoll avolja tkun ħadt dan il-prekawzjonijiet kollha. Għalhekk oqgħod attenta għal kwalunkwe sinjali ta’ mard fit-tarbija, bħal deni, sogħla, jekk tnaqqas mill-aptit, ikollha nifs mgħaġġel, jew l-imġieba tagħha mhux tas-soltu, u ikkonsulta ma’ pedjatra jew mur l-isptar jekk ikun meħtieġ.