Il-kanal tad-dmugħ magħluq mit-twelid

Xi trabi jitwieldu bil-kanal tad-dmugħ magħluq. Din il-kundizzjoni tissejjaħ "congenital nasolacrimal duct obstruction."
Għaldaqstant id-dmugħ ma jkunx jista’ jgħaddi mill-kanal għal ġol-imnieħer. Għalhekk dik l-għajn tkun dejjem iddemma’. Barra minn hekk, dik l-għajn tkun twaħħal u tħammeġ ta’ spiss.
Ġeneralment għajn waħda biss tkun affettwata, imma ġieli jkunu t-tnejn ukoll.
Ħafna drabi l-problema tissolva weħidha qabel it-tarbija tagħlaq sena.
X'Tista' Tagħmel id-Dar
Naddaf l-għajn b’mod ġentili, minn ġewwa għal barra, b’tajjara mxarrba bl-ilma fietel kull x’ħin ikun hemm bżonn.
Agħmel messaġġi biex tiftaħ il-kanal tad-dmugħ. Aħsel idejk. Uża seba' biex tagħfas fuq ir-rokna ta’ ġewwa tal-għajn, eżatt ħdejn l-imnieħer. Agħfas bil-mod 'l isfel mal-ġenb tal-imnieħer. It-tabib ikun jista’ jurik fil-prattika x’għandek tagħmel.
Kellem it-Tabib
- L-għajnejn jiħmaru u jintefħu ħafna.
- L-ħmieġ isir isfar jew aħdar u persistenti.
- It-tarbija tidher ma tiflaħx jew ikollha d-deni.
Acknowledgement
Nirringrazzja lil Mr Martin Galea, Speċjalista tal-Għajnejn tat-Tfal, għar-review ta' dan l-artiklu.