L-impetigo

L-impetigo hija infezzjoni komuni u kontaġjuża fil-ġilda kkawżata minn mikrobu (Staphylococcus aureus jew Streptococcus pyogenes).
Taffettwa l-aktar lit-tfal żgħar, imma tista’ taqbad lil kulħadd. Tista’ tinferex minn post għall-ieħor fil-ġisem.
Tibda bħala ponot ħomor żgħar, tikber, u tiżviluppa qxur sofor dehbin.
Tinxtered faċilment minn persuna għall-oħra permezz ta' kuntatt mill-qrib, xugamani, ħwejjeġ, u l-grif tal-ferita.
L-infezzjoni tibqa’ kontaġjuża sa 24–48 siegħa wara li jinbeda l-antibijotiku jew sakemm il-ġerħa tkun nixfet kompletament.
Kura:
- mistura tal-antibiotiku preskritta mit-tabib.
- ingwent tal-antibiotiku għall-imniffsejn.
- antiseptic wash biex jinħasel bih.
- iġjene — ħasil tal-idejn bl-ilma u s-sapun, sanitiser, dwiefer qosra, tixxerjax xugamani, tazzi, eċċ.
It-tfal jistgħu jirritornaw l-iskola wara li jkunu ħadu l-antibiotiku għal jumejn, jew l-ġrieħi jkunu nixfu u fiequ.