Kif twaqqaf il-gażaża

Għeżież ġenituri, jekk għandkom toddler, ninkoraġġiku tieħdu deċiżjoni biex twaqqfu l-gażaża.
Għaliex?
🔹 Għall-iżvilupp normali tad-diskors.
🔹 Biex is-snien u l-ħanek jikbru sew.
🔹 Jgħin fil-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet fil-widnejn.
🔹 Inaqqas l-irritazzjoni madwar il-ħalq.
🔹 Biex ma jibqax jiddependi fuqha għall-wens.
Kif twaqqfuha?
1️⃣ Ipprepara minn qabel. Żomm il-gażaża għall-ħin tal-irqad biss. Kellem lit-tifel jew tifla, u għidilhom li t-tfal il-kbar ma jiħdux gażaża. Matul il-ġurnata offri xi tgħanniqa, storja, logħob, teddy jew toy ieħor minflok il-gażaża. Kun konsistenti.
2️⃣ Agħżlu ġurnata u minn dakinhar waqqfuha għal kollox. Armi kull gażaża li għandkom. L-ewwel ftit jiem jistgħu jkunu diffiċli, iżda bi ftit paċenzja u inkoraġġiment, it-tfal jadattaw malajr.
✅ Prosit! Pass ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp ta’ wliedkom!