Il-bram u ħut iniggeż
Fil-baħar madwar il-gżejjer Maltin insibu diversi tipi ta' bram. L-iswaba (tentacles) tal-brama huma miksija b’ċelloli jniggżu (nematocytes jew sting-cells). Meta jmissu mal-ġilda, dawn iċ-ċelloli jitfgħu valenu li jikkawża tinġiż, uġigħ, ħmura u nefħa. Naturalment wieħed m’għandux jinżel jgħum jekk ikun hemm il-bram. Madankollu, avolja ma jkunx jidher li hemm il-bram xorta waħda jista' jmissek ix-xorti li tingidem! L-ewwel għajnuna Laħlaħ il-ġerħa bl-ilma baħar (mhux bl-ilma tal-vit); tħokkx il-ġilda biex ma żżidx l-infjammazzjoni. Jekk ikunu jidhru xi biċċiet, neħħihom b’pinzetta. Jekk l-uġigħ ikun qawwi, tista' tapplika ilma sħun (sa 45°C) għal 20 minuta jew sakemm l-uġigħ jonqos. L-ilma jrid ikun sħun ħafna iżda li tissaportih — attent minn xi samta! Is-sħana tnaqqas l-effett tal-velenu u tnaqqas l-uġigħ. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk l-uġigħ jippersisti. Tista' tapplika hydrocortisone cream jekk ikun hemm il-ħakk, nefħa jew ħmura. Tużax ħall, baking soda ...