Il-ġenituri u l-piż tat-tfal
Il-ġenituri għandhom ir-responsabilità ewlenija biex jipprevenu u jikkontrollaw l-obeżità fil-tfal tagħhom.
Jekk hemm problema ta' piż żejjed, il-ġenituri jeħtieġ jirrikonoxxu li hemm problema u joħduha bis-serjetà. Sfortunatament ħafna ġenituri lanqas biss jammettu li hemm problema, u agħar, oħrajn għandhom bl-idea antika li aktar ma jkunu mibrumin aktar ikun b'saħħithom!
M’hemmx soluzzjoni faċli għall-problema tal-piż żejjed fit-tfal. Jekk tassew jixtiequ jgħinu lil uliedhom jikkontrollaw il-piż, jeħtieġ li l-ġenituri jimpenjaw ruħhom b’mod sħiħ u fit-tul, u jekk ikun hemm bżonn, ifittxu l-għajnuna u l-gwida ta’ nutritionist jew dietician.
Huwa importanti li l-familja kollha taddotta stil ta’ ħajja aħjar u aktar san. Il-ġenituri u t-tfal għandhom jagħżlu ikel bnin, naturali u nutrittiv, jevitaw ikel proċessat u mimli zokkor, u jdaħħlu drawwiet tajba tal-ikel, kif ukoll ikunu aktar attivi. Dawn il-bidliet ma jseħħux f’ħakka t’għajn imma bi pjan u b’mod gradwali fuq perjodu ta’ xhur u snin. Barra minn hekk, wieħed irid jistinka biex jkompli fid-drawwiet tajba għax huwa faċli ħafna, speċjalment fis-soċjetà moderna, li terġa’ lura għad-drawwiet ta’ qabel.
Fil-kura tal-obeżità fit-tfal m’hemmx post għall-mediċini jew kirurġija. Lanqas hemm lok għal dieti stretti għax dawn jistgħu jaffettwaw ħażin l-iżvilupp tagħhom. Fit-tfal żgħar wieħed m’għandux jiprova jnaqqas il-piż. Peress li jkunu qiegħdin jitwalu, dawn it-tfal isibu l-piż tajjeb tagħhom jekk ma jibqgħux iżidu fil-piż b’rata mgħaġġla. Fit-tfal akbar, wieħed jista’ jimmira li jnaqqas madwar nofs kilo fil-ġimgħa.
Sakemm it-tfal ikunu żgħar, il-ġenituri jistgħu jdaħħlu l-bidliet b’mod li wliedhom lanqas biss jindunaw x’qed jiġri. Fit-tfal akbar u l-adoloxxenti, ikun hemm bżonn li jitkellmu magħhom biex jiksbu l-koperazzjoni tagħhom.
Il-ġenituri għandhom jieħdu attitudni pożittiva ma’ wliedhom. Jinkoraġġuhom. Jitkellmu magħhom. Jfaħħruhom f’kull ħaġa tajba, żgħira kemm hi żgħira. Żgur li ma jgħinuhomx bid-dgergir jew kummenti li jweġġgħu.

Fuq kollox, il-ġenituri għandhom dejjem juru għożża u mħabba lejn it-tfal tagħhom. Self-image tajba hi importanti daqs, jekk mhux aktar, mill-piż ideali. L-aħjar li jkollhom it-tnejn!
Ara wkoll:
Ara wkoll: