Snien b’saħħithom
Il-ġenituri għandhom jibdew jieħdu ħsieb is-snien tat-tarbija mill-bidu, biex is-snien jibqgħu b’saħħithom u sbieħ. Jekk l-ewwel snien jitħassru u jaqgħu qabel iż-żmien, is-snien permanenti jistgħu jitilgħu ħażin.
Il-Kura tas-Snien
1. Tbillx il-gażaża fiz-zokkor, għasel jew juice. Aqta' l-gażaża kemm jista’ jkun kmieni (madwar sena).
2. Il-bottle għandu jintuża għall-ħalib biss. Minn sena 'il quddiem uża beaker jew tazza minflok il-bottle.
3. Iżżidx zokkor jew sensation mal-ħalib. Tagħtix ħalib tal-kulur jew luminata lit-tfal.
4, It-tfal aħjar jieklu frotta minflok fruit juice. Madankollu jekk tagħti fruit juice – mhux aktar minn darba kuljum, agħtih minn tazza (mhux minn flixkun), u mal-ikel (mhux waħdu).
5. Tagħtix ħlewwiet ta’ spiss (minħabba t-taħsir tas-snien u minħabba l-ħxuna).
6. Ħu lit-tarbija għand id-dentist għal check up meta jitfaċċaw l-ewwel snien.
Il-Ħasil tas-Snien
Meta joħorġu l-ewwel sinniet, ibda aħsilhom darbtejn kuljum, b’toothbrush ratba. Il-ħasil tas-snien għandu jsir drawwa u rutina ta’ kuljum.
Agħżel toothpaste addattat skond l-età (li jkun fih 1000 ppm flouride fit-trabi u t-tfal żgħar, u 1500 ppm flouride fi tfal ta’ seba’ snin jew aktar). Uża tikka toothpaste peress li t-tfal żgħar jibilgħu t-toothpaste. It-tfal akbar jitgħallmu jlaħalħu ħalqhom.
Wara il-ħasil tas-snien filgħaxija, it-trabi u t-tfal m'għandhomx jingħataw ikel jew ħalib qabel jorqdu jew matul il-lejl.
Ara wkoll: Is-Snien tat-Tarbija u Children's Teeth NHS
Thanks to Dr. Evan Camilleri and Dr. Adam Bartolo for reviewing the article.