Posts

Id-deni fit-tfal

Image
Fil-Qosor Ħu t-temperatura taħt l-abt (armpit) b'termometru diġitali. Aqra' t-temperatura kif tiġi, mingħajr ma żżid jew tnaqqas xejn. Id-deni jibda minn 37.5°C (99.5°F). Id-deni jiġi minn infezzjoni jew it-tilqim. Is-snien ma jtellgħux deni. Uża pararcetamol jew ibuprofen jekk it-tifel ikun mdejjaq bid-deni jew uġigħ. Ta' spiss offri l-ilma u xorb ieħor sabiex ma jixxottax. Tużax biċċa niedja (tepid sponging) biex tniżżel it-temperatura. Kellem lit-tabib tat-tfal meta t-tifel/tifla jkollu d-deni f'dawn iċ-ċirkostanzi: (1) trabi taħt is-sena; (2) jekk it-tifel jidher marid, ma jiflaħx, jew ikollu xi sintomi (sogħla, uġigħ, nifs mgħaġġel, telqa, rimettar, raxx fil-ġilda, eċċ). (3) Trabi iżgħar minn 3 xhur bid-deni għandhom jittieħdu l-isptar mill-ewwel. Id-Deni Il-ġisem iżomm it-temperatura stabbli, madwar 36-37˚C, tkun xi tkun it-temperatura fl-ambjent. Meta t-temperatura togħla 'l fuq minn normali jfisser li hemm: (1) infezzjoni; (2) reazzjoni għat-tilqima; jew ...

Is-suppożitorji

Image
Is-suppożitorju huwa mod konvenjenti kif tagħti l-mediċina lit-tarbija u tfal żgħar. F'Malta nużaw suppożitorji tal-paracetamol, diclofenac u prednisolone. Is-suppożitorji għandhom jinżammu fil-friġġ, speċjalment fis-sajf, biex ma jinħallux. Kif tapplika s-suppożitorju Dejjem iċċekkja li qed tagħti l-mediċina t-tajba u d-doża korretta! Taqsamx is-suppożitorju ħlief bil-parir tat-tabib. Aħsel idejk. Dawwar is-suppożitorju bejn subgħajk għal xi nofs minuta sakemm tħossu jirtab u joħroġ minnu bħal żejt. Dan iservi ta' lubrikant. M'hemmx għalfejn tidilku bil-vażelina jew barrier cream (peress li dawn inaqqsu l-absorption tal-mediċina).  Biex tapplika s-suppożitorju, qiegħed lit-tarbija fuq is-sodda jew nappy changer la ġenba; ara l-istampa (i). B'id waħda iftaħ il-ħaddejn tal-warrani biex issib it-toqba, u bl-id l-oħra deffes is-suppożitorju għall-ponta (mhux bil-kontra). Imbottah 'l ġewwa b'sebgħek il-werrej biex is-suppożitorju jinġibed 'l ġewwa. Żomm i...

Paracetamol u Iboprofen

Image
Nużaw żewġ mediċini ewlenin, paracetamol u ibuprofen, biex nikkontrollaw l-uġigħ u d-deni fit-tfal. L-informazzjoni f’din il-paġna hi maħsuba għall-ġenituri biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-uża tajjeb tagħhom. Regoli ġenerali Uża s-siringa jew il-kuċċarina li tiġi mal-mediċina biex tkejjel il-mistura b’mod preċiż. Taqbiżx id-doża rakkomandata; tagħtihiex aktar ta’ spiss milli suppost. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk huwa verament bżonnjuż. Id-deni huwa r-rispons normali tal-ġisem għall-infezzjoni u għalhekk m’hemmx għalfejn tagħti mediċina sempliċiment biex tniżżel id-deni. Tagħtix paracetamol qabel it-tilqim. Il-paracetamol huwa ġeneralment l-ewwel għażla għat-tfal. Uża paracetamol jew ibuprofen weħidhom, mhux it-tnejn flimkien. Kultant it-tabib jagħtik parir biex talterna bejniethom, jiġifieri li taqleb minn wieħed għall-ieħor, skont skeda partikolari. Il-mediċina tista’ tingħata bħala mistura jew suppożitorji . M’hemmx għażla bejniethom, ħlief għall-prefernza tal-ġenituri. Il-...

Il-qamel fix-xagħar

Image
Il-qamel (head lice u nits) huwa insett żgħir li jgħix biss fix-xagħar uman. Il-qamel fix-xagħar huwa komuni ħafna fit-tfal żgħar u l-familji tagħhom. Ma jiġix minn xagħar maħmuġ. Il-qamel jittieħed b'kuntatt dirett minn ras għal ras u ma jistax jittieħed mill-annimali. Il-qamla tbid il-bajd u twaħħalhom max-xagħra, qrib ir-root. Jinstabu l-aktar wara l-widnejn u qrib il-hairline fuq il-naħa ta’ wara tal-għonq. Il-bajd huma żgħar ħafna u bilkemm tarahom. Wara ġimgħa l-bajd ifaqqsu, il-qxur tal-bajd (in-nits jew is-subien) jibqgħu mwaħħlin max-xagħra, jidhru bojod, ovali u jleqqu. Ġimgħa wara li tfaqqas l-qamla timmatura biżżejjed biex tibda tbid. Il-ħakk fir-ras huwa s-sintomu ewlieni tal-qamel, imma mhux kulħadd ikollu l-ħakk. Mhux dejjem faċli li tinduna li t-tfal għandhom l-qamel. Nissuġġerixxi li tiċċekkja ix-xagħar tat-tfal żgħar għall-qamel darba fil-ġimgħa, b'moxt irqieq apposta, bix-xagħar niedi u b'conditioner. Il-qamla hi daqs il-ġulġliena (3–4 mm), u tidher kan...

It-tilqima tal-MMR

Image
Ħafna ġenituri jinkwetaw meta jiġu biex jagħtu t-tilqima tal-MMR lit-tfal tagħhom. Dan għaliex ikunu semgħu li l-MMR tikkawża l-awtiżmu. Fil-fatt m’hemm ebda evidenza xjentifika li dan hu minnu.  Din l-istorja bdiet fl-1998 mal-pubblikazzjoni ta’ studju fil-ġurnal mediku The Lancet . L-awturi kitbu fl-istess artiklu: “We did not prove an association between measles, mumps, and rubella vaccine and the syndrome described.” Imma mbagħad l-awtur ewlieni ta messaġġ differenti lill-media. Id-dubju u l-misinformazzjoni nxterdu mad-dinja. Aktar tard intwera li dak l-istudju kien frodulenti, u tneħħa mil- Lancet . Minn dak iż-żmien saru diversi studji xjentifiċi fuq perjodu ta’ ħafna snin, f’pajjiżi differenti, li kienu jinkludu miljuni ta’ tfal. Dawn l-istudji kollha juru ċar li l-MMR ma tikkawżax l-awtiżmu. Sfortunatament, minħabba d-dubju miżrugħ, ħafna ġenituri beżgħu jagħtu t-tilqima lil uliedhom, speċjalment fl-Ewropa. Għaldaqstant dan l-aħħar snin kien hemm outbreaks ta' ħosba u l-ga...

Medical Students – Picture Tests

Image
Each of the five workbooks, Picture Tests in Paediatrics , contains 25 picture-based tests with answers, designed for Year 5 medical students. Picture Tests in Paediatrics (1) Download Picture Tests in Paediatrics (2) Download Picture Tests in Paediatrics (3) Download Picture Tests in Paediatrics (4) Download Picture Tests in Paediatrics (5) Download These booklets are provided free of charge. However, I kindly encourage you to consider making a donation to Id-Dar tal-Providenza . Your feedback is greatly appreciated—both words of appreciation and constructive criticism—as it helps me continue improving these resources. Dr Joseph Mizzi guzimizzi@gmail.com

Mistoqsijiet komuni dwar it-tilqim

Image
1. X’tilqim tirrikkmanda għat-tfal tagħna? Nirrikkmanda li tagħtuhom it-tilqim offrut b’xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa u xi tilqim ieħor li jingħata fil-privat biss. 2. X’tilqim joffri l-gvern mingħajr ħlas? Fl-ewwel sena:  Hexyon (6-in1) (difterite, tetnu, poljo, sogħla konvulsiva, Hib, hepatitis B); Bexsero (meningococcus B); Nimenrix (meningococcus ACWY); u Synflorix (pneumococcus). (Trabi li twieldu prematuri, qabel 37 ġimgħat ta' tqala, huma intitolati li jirċievu Prevenar-20 b'xejn, minflok is-Synflorix). Fit-tieni sena:  MMR (mumps, measles u rubella – il-gattone, ħosba u ħosba ġermaniża); u l-boosters tal-Bexsero, Synflorix, Nimenrix u Hexyon. Fit-tielet sena: Booster tal-MMR. Ta' 12-il sena:  Gardasil-9 (HPV – human papilloma virus) (f'darbtejn, 6 xhur intervall bejniethom). Ta' 14-il sena: dT-IPV (difterite, tetnu u poljo) u booster tan-Nimenrix. It-tilqim fl-iskeda nazzjonali 3. Kif nistgħu nagħtu dan it-tilqim lit-tarbija tagħna? It-ti...