Posts

L-irqad tat-tarbija

Image
Tarbija tat-twelid torqod ħafna, normalment madwar 18-il siegħa f’24 siegħa. L-irqad tagħha huwa differenti minn dak ta’ tfal akbar. Minflok torqod għal ħin twil matul il-lejl, torqod għal perjodi iqsar mifruxa mal-ġurnata u l-lejl, u tqum ta’ spiss biex tixrob il-ħalib. Fl-ewwel ġimgħat, l-arloġġ naturali tal-ġisem jkun għadu qed jiżviluppa, u għalhekk it-tarbija ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-ġurnata u l-lejl. It-tarbija tista’ tkun pjuttost attiva waqt li tkun rieqda. Tista’ ċċaqlaq dirgħajha u riġlejha, titbissem, tagħmel xi mossi b’wiċċha, tagħmel xi ħsejjes, u n-nifs ikun irregolari. F’ħinijiet oħra torqod fil-kwiet, kważi mingħajr ma tiċċaqlaq, u n-nifs ikun aktar regolari. Dawn iż-żewġ tipi ta’ rqad huma normali f’tarbija żgħira. Matul l-ewwel ftit xhur, hekk kif il-moħħ u l-arloġġ naturali tal-ġisem jimmaturaw, l-irqad gradwalment isir aktar organizzat. It-tarbija tibda tagħraf aħjar id-differenza bejn il-ġurnata u l-lejl, u torqod għal perjodi itwal matul il-lejl. Ta’ s...

It-Tilqima tal-Hepatitis A

Image
X’inhi l-hepatitis A? Il-hepatitis A (bil-Malti, l-epatite A) hija infezzjoni tal-fwied. X’jikkawża din l-infezzjoni? L-epatite A hi kkawżata minn virus (Hepatitis A virus, HAV). Kif tinxtered din il-marda? Il-virus jinxtered minn ikel jew xorb ikkontaminat bl-ippurgar ta’ persuna infettata bil-virus. Dan jista’ jiġri b’diversi modi: Tiekol ikel ippreparat minn xi ħadd li għandu l-virus u li ma ħasilx idejh sewwa wara li uża t-toilet. Tixrob ilma ikkontaminat (inkluż ice cubes). Tiekol frott tal-baħar nej (bħal shellfish) ġej minn ilma mniġġes bid-drenaġġ. Mis-sess jew jekk tkun qrib persuna li għandha l-virus (anke jekk ma jkollhiex sintomi). X’inhuma s-sintomi? Is-sintomi jibdew madwar 4 ġimgħat minn meta tieħu l-virus, u jinkludu għejja, telqa, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, deni, nuqqas ta’ aptit, dardir, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, suffejra, awrina skura, ippurgar ċar, u ħakk fil-ġilda. It-tfal jista’ ma jkollhomx sintomi. Il-marda ddum madwar xaharejn. Konsegwenzi ...

Toilet Training

Image
It-toilet training għandu jinbeda meta t-tifel jew it-tifla jkunu preparati u maturi biżżejjed. Jekk tibda kmieni ħafna, jew fi żmien ħażin (ngħidu aħna meta tkun ġejja tarbija oħra jew waqt li qegħdin iġġorru għal dar ġdida), il-proċess jista’ jkun aktar diffiċli u jieħu aktar fit-tul. Mhux veru li t-toilet training irid jinbeda fis-sajf. (Għas-sempliċità se nitkellem fuq ‘it-tifel’ – imma naturalment l-istess jgħodd għall-bniet). It-tifel ikun lest għall-potty training meta: Idum aktar minn sagħtejn bin-nappy xotta matul il-jum. Jinteressa ruħu meta l-mamà, il-papà jew ħutu jużaw it-toilet. Jibda jiddejjaq bil-ħarqa imxarrba jew maħmuġa. Ikun kapaċi jifhem spjegazzjonijiet sempliċi. Il-parti l-kbira tat-tfal jaqtgħu l-ħarqa matul il-jum bejn sentejn u tlieta; hemm uħud li jirnexxielhom qabel, u ftit oħrajn li jdumu aktar minn tlett snin. Il-bniet jaqtgħu l-ħarqa qabel is-subien. Preparazzjoni Ħalli t-tifel jidħol fil-kamra tal-banju miegħek, u għidlu bi kliem sempliċi x’inti ta...

Kif twaqqaf il-gażaża

Image
Għeżież ġenituri, jekk għandkom toddler, ninkoraġġiku tieħdu deċiżjoni biex twaqqfu l-gażaża. Għaliex? 🔹 Għall-iżvilupp normali tad-diskors. 🔹 Biex is-snien u l-ħanek jikbru sew. 🔹 Jgħin fil-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet fil-widnejn. 🔹 Inaqqas l-irritazzjoni madwar il-ħalq. 🔹 Biex ma jibqax jiddependi fuqha għall-wens. Kif twaqqfuha? 1️⃣ Ipprepara minn qabel. Żomm il-gażaża għall-ħin tal-irqad biss. Kellem lit-tifel jew tifla, u għidilhom li t-tfal il-kbar ma jiħdux gażaża. Matul il-ġurnata offri xi tgħanniqa, storja, logħob, teddy jew toy ieħor minflok il-gażaża. Kun konsistenti. 2️⃣ Agħżlu ġurnata u minn dakinhar waqqfuha għal kollox. Armi kull gażaża li għandkom. L-ewwel ftit jiem jistgħu jkunu diffiċli, iżda bi ftit paċenzja u inkoraġġiment, it-tfal jadattaw malajr. ✅ Prosit! Pass ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp ta’ wliedkom!

Paracetamol u Iboprofen

Image
Nużaw żewġ mediċini ewlenin, paracetamol u ibuprofen, biex nikkontrollaw l-uġigħ u d-deni fit-tfal. L-informazzjoni f'dan l-artiklu hi maħsuba għall-ġenituri biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-uża tajjeb u safe tagħhom. Regoli ġenerali Uża s-siringa jew il-kuċċarina li tiġi mal-mediċina biex tkejjel il-mistura b’mod preċiż. Taqbiżx id-doża rakkomandata; tagħtihiex aktar ta’ spiss milli suppost. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk huwa verament bżonnjuż. Id-deni huwa r-rispons normali tal-ġisem għall-infezzjoni u għalhekk m’hemmx għalfejn tagħti mediċina sempliċiment biex tniżżel id-deni. Tagħtix paracetamol qabel it-tilqim. Il-paracetamol huwa ġeneralment l-ewwel għażla għat-tfal. Uża paracetamol jew ibuprofen weħidhom, mhux it-tnejn flimkien. Kultant it-tabib jagħtik parir biex talterna bejniethom, jiġifieri li taqleb minn wieħed għall-ieħor, skont skeda partikolari. Il-mediċina tista’ tingħata bħala mistura jew suppożitorji . M’hemmx għażla bejniethom, ħlief għall-prefernza tal-ġ...

Eczema in Kids

Image
Eczema is a common chronic skin condition that causes inflammation, redness, dryness and intense itching. Children with eczema are often uncomfortable and irritable, particularly at night, because their skin becomes very dry and itchy. Although the exact cause of eczema is unknown, we know that it is more common in children with a family history of allergic conditions such as eczema, hay fever or asthma. Eczema may begin during the first few months of life and affects approximately one in five children under the age of three. In most cases, the diagnosis is made simply by examining the child. Special tests are usually unnecessary unless there is a suspicion of a food allergy. Eczema can affect the face, the folds behind the knees, the front of the elbows, the hands, and many other parts of the body. The condition typically follows a fluctuating course. There are periods when the skin becomes inflamed and itchy (flare-up), followed by periods when it settles down (remission). These flar...

Inħarsu t-tfal fis-sajf

Image
Iż-żmien sabiħ tas-sajf iġib miegħu problemi u perikli għat-tfal, speċjalment ix-xemx u l-baħar. Dawn huma ftit ħsibijiet kif nipproteġu 'l uliedna. L-Għawm Sfortunatament f’Malta seħħew diversi inċidenti fejn għerqu tfal fil-baħar u fil-pools. Għandna noqgħodu attenti biex nevitaw traċedji bħal dawn. Meta jkunu ħdejn il-baħar jew pool jew qed jgħumu, it-tfal għandhom ikunu taħt superviżjoni kontinwa tal-ġenituri jew ta’ xi ħadd adult responsabbli. Iridu jkunu taħt għajnejk u fil-qrib biżżejjed biex f’każ ta’ diffikultà tkun tista’ tgħinhom fil-pront. Libbishom trainers sakemm għadhom ma jafux jgħumu sew. Tgħallem kif tagħti l-ewwel għajnuna (CPR). F’Malta jsiru korsijiet qosra ta’ First Aid. Jekk tingħata fil-ħin, l-ewwel għajnuna tista’ tagħmel differenza bejn ħajja u mewt. Għallem lit-tfal jgħumu minn kmieni. Għallem tfal akbar biex ma jaqbżux għal rashom jekk ma jafux kemm hu fond il-baħar (kien hemm tfal li kissru x-xewka ta’ daharhom, baqgħu paralizzati jew mietu għax ħa...

Il-bram u ħut iniggeż

Image
Fil-baħar madwar il-gżejjer Maltin insibu diversi tipi ta' bram. L-iswaba (tentacles) tal-brama huma miksija b’ċelloli jniggżu (nematocytes jew sting-cells). Meta jmissu mal-ġilda, dawn iċ-ċelloli jitfgħu valenu li jikkawża tinġiż, uġigħ, ħmura u nefħa. Naturalment wieħed m’għandux jinżel jgħum jekk ikun hemm il-bram. Madankollu, avolja ma jkunx jidher li hemm il-bram xorta waħda jista' jmissek ix-xorti li tingidem! L-ewwel għajnuna Laħlaħ il-ġerħa bl-ilma baħar (mhux bl-ilma tal-vit); tħokkx il-ġilda biex ma żżidx l-infjammazzjoni.  Jekk ikunu jidhru xi biċċiet, neħħihom b’pinzetta. Jekk l-uġigħ ikun qawwi, tista' tapplika ilma sħun (sa 45°C) għal 20 minuta jew sakemm l-uġigħ jonqos. L-ilma jrid ikun sħun ħafna iżda li tissaportih — attent minn xi samta! Is-sħana tnaqqas l-effett tal-velenu u tnaqqas l-uġigħ. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk l-uġigħ jippersisti. Tista' tapplika hydrocortisone cream jekk ikun hemm il-ħakk, nefħa jew ħmura. Tużax ħall, baking soda ...

Etika Medika

Image
Ktibt dawn il-prinċipji etiċi, l-ewwelnett għalija nnifsi bħala gwida għall-ħidma medika tiegħi, u jirriflettu t-twemmin evanġeliku li nħaddan. Fl-istess ħin qed nippubblikahom għall-konsiderazzjoni ta' sħabi t-tobba, hu x'inhu t-twemmin tagħhom,  għax nemmen li l-valuri evanġeliċi joffru pedament sod għall-prattika medika u jwieġbu għall-aspirazzjonijiet l-aktar profondi tal-kuxjenza umana. It-Tabib Kristjan L-imħabba għandha tkun il-prinċipju u l-motiv ewlieni fil-ħidma tiegħi b’risq il-pazjent u l-familja tiegħu.  Kulma nagħmel, nagħmlu minn qalbi, bħallikieku lill-Mulej. Naħdem b’inteġrità u b’sens ta’ kontabbiltà lejn Alla, u għalhekk b’ebda mod ma nieħu vantaġġ mill-fiduċja li l-pazjent juri fija. Nittratta lil kull pazjent b’ekwità u b’imparzjalità għax fih nara x-xbieha t’Alla, il-Ħallieq tiegħu. Ma niddiskriminax favur jew kontra ebda pazjent minħabba l-livell soċjali jew edukattiv, l-età, is-sess, ir-reliġjon, l-etniċità, il-lingwa, il-qagħda ekonomika, diżabilit...

Safar bit-tfal

Image
Trabi Peress li t-tarbija għandha riskju akbar ta’ infezzjonijiet, l-aħjar li ma ssifrux għall-btala qabel tkun ħadet l-ewwel tilqim, jiġifieri sakemm ikollha 4 xhur. Mhux biss, jekk tarbija timrad ta' età żgħira jkollha ċans akbar tiddaħħal l-isptar għall-kura. Tilqim Speċjali Jekk se ssifru barra mill-Ewropa tal-Punent jista’ jkollkom bżonn tilqim speċjali (bħal typhoid, hepatitis u yellow fever) jew mediċina għall-privenzzjoni tal-malarja. Aħseb minn xhur qabel u staqsi fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana (21243314). Nursery School Xi ġenituri ma jibgħatux lit-tfal żgħar in-nursery minn xi ġimgħa qabel il-btala biex ma jimirdux. Idea tajba. It-Titjira It-tfal jista' jħossu xi wġigħ f'widnejnhom minħabba bidla fil-pressjoni tal-arja, l-aktar matul it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan. Redda’ lit-tarbija, agħtiha tixrob jew gażaża. Jekk it-tarbija tkun rieqda tqajjimhiex. Tfal akbar jistgħu isoffu ħelwa jew jomgħodu chewing gum. Ħudu magħkom xi snacks, toy favorit u cray...

Rickets (Medical Students)

Image
A 4 year old child is being investigated for bowed legs. 1. Interprete the following investigations (normal values in brackets). Calcium 2.15 (2.2 - 2.7) Phospate 1.1 (1.30 - 2.00) ALP 850 (100 - 350) Calcidiol 22 (> 50) Mild hypocalcaemia, significant hypophophataemia, markedly elevated alkaline phosphatase (suggesting increased osteoblastic activity, low vitamin D levels. 2. What is the clinical diagnosis?  Vitamin D deficiency rickets 3. What do you expect the parathyroid hormone level to be? Raised (secondary hyperparathyroidism). Vitamin D deficiency → reduced intestinal calcium absorption Falling calcium stimulates PTH secretion PTH increases bone resorption and renal phosphate excretion This contributes to the low phosphate level and helps maintain serum calcium 4. Name other clinical features which may be present. Delayed growtth Bone pain Muscle weakness  Widening of wrists and ankles Frontal bossing Craniotabes  Rachitic rosary (prominent costochondral j...

AV Block (Medical Students)

Image
An 8 year old child presents with exercise intolerance and syncope. An ECG was done as part of the investiations. 1. Describe the key findings. I will first confirm the name of the patient, date, and note the settings. Atrioventricular (AV) dissociation: P waves and QRS complexes occur independently with no relationship between them. Regular R–R intervals (escape ventricular rhythm), but at a slower rate than P waves. Bradycardia: Ventricular rate is approximately ~50 bpm (or lower for age, depending on the strip) Findings are consistent with third-degree (complete) AV heart block. 2. Name 3 important etiologies to consider. Infectious / inflammatory causes: Myocarditis, Acute rheumatic fever Post-surgical cause: Following repair of congenital heart disease (e.g., VSD, AV canal defects) Congenital / autoimmune causes: Maternal anti-Ro/SSA or anti-La antibodies (congenital heart block) (unlikely to present at 8 years of age). 3. What is management and definitive treatment. Immediate man...

Blood Gases (Medical Students)

Image
You are given the following investigation results (normal range in brackets):     pH   7.12     PaCO₂   20 mmHg  ( 35–45 mmHg)     HCO₃⁻   7 mmol/L (22–26 mmol/L)     PaO₂   98 mmHg (80–100 mmHg)     BE   −20 mmol/L (−2 to +2 mmol/L) 1. What investigation is this? Arterial blood gas analysis / ABG 2. What is the normal range for pH? 7.35–7.45 3. Interpret these results systematically. Severe acidaemia (pH 7.12) Markedly reduced bicarbonate and BE → metabolic acidosis Low PaCO₂ indicates respiratory compensation Oxygenation is normal 4. What is the overall acid–base diagnosis? Severe metabolic acidosis with respiratory compensation 5. Name four clinical situations in paediatrics that may present with this metabolic derangement. Diabetic ketoacidosis Severe gastroenteritis with dehydration Septic shock / severe sepsis with lactic acidosis Poisoning or toxic ingestion (e.g. sali...

Il-ġidri r-riħ

Image
Il-ġidri r-riħ (chickenpox, varicella) hu infezzjoni komuni fit-tfal ikkawżata minn virus (varicella-zoster virus, VZV). Tinxtered faċilment speċjalment jekk it-tfal ikunu flimkien, ngħidu aħna fil-klassi tal-iskola. Normalment il-ġidri hi marda ħafifa imma kultant tkun aktar gravi, b’ħafna ħakk, uġigħ u deni. Ġieli jkun hemm komplikazzjonijiet bħal infezzjoni fil-pulmun, infezzjoni fil-ġilda, u infjammazzjoni fil-moħħ. Waqt it-tqala l-virus jista’ jaffettwa l-iżvilupp tat-tarbija fil-ġuf. Jekk l-omm toħroġ il-ġidri fiż-żmien tat-twelid, it-tarbija tista’ tiżviluppa infezzjoni qawwija ħafna. Tixrid Il-marda tittieħed minn tfal oħra morda bil-ġidri r-riħ u minn adulti li għandhom il-ħruq ta’ Sant'Antnin (shingles). Tixtered mill-arja (għatis jew sogħla), u b’kuntatt mal-ġilda, ħwejjeġ u oġġetti kkontaminati. Il-virus jibda jinxtered minn ġurnata qabel joħorġu l-ewwel ponot u sakemm jinxfu kollha. Sintomi L-ewwel sintomi jibdew bejn għaxart ijiem sa tliet gimgħat minn meta tkun e...

Medical Students - Viva Exam

Image
The paediatric viva consists of five 4-minute interviews with different examiners. The stations may include the following: communication, history, a practical, data interpretation, ECG, growth chart, case management, and a video. I trust you will find the following articles helpful as you prepare for the paediatric viva. The most effective way to revise is not only to study the topics but also to practise them actively, ideally with fellow students, taking turns as examiner and candidate, or even with a friend or family member. Speak your answers out loud, listen to yourself, and make sure to time your responses. This will build both your confidence and fluency. Stations History Charts Communication ECG - read ECG in SVT, VT, AV block , and hyperkalaemia; discuss causes and management. Topics Blood gases Rickets Croup Acute Asthma Pulse oximeter Peak flow meter Inhaler and spacer Acute gastroenteritis Breastfeeding Breastfeeding - advantages Formula milk Febrile child ...

Pinworms (Dud fil-Musrana)

Image
Il-pinworms huma dud irqaq, qishom biċċiet ta’ ħajt, li jinfettaw il-musrana. Din l-problema hi komuni ħafna fit-tfal żgħar. Matul il-lejl id-duda toħroġ mit-toqba tal-patata biex tbid. Dan jikkawża skumdita, ugigħ u ħakk u ġieli jqajjem lit-tfal mir-raqda. Madankollu xi wħud ma jkollhom ebda sintomi. Il-bajd jispiċċaw mal-ħwejjeġ ta’ taħt, fil-lożor u fl-idejn (minħabba l-ħakk, speċjalment taħt id-dwiefer), u mill-idejn jispiċċaw ma’ kull ħaġa li jmissu u mal-ikel. Għalhekk huwa faċli li persuni oħra fil-familja jew fil-klassi jkunu infettati billi jikkontaminaw idejhom u jdaħħluhom f’ħalqhom. Kif tkun taf jekk it-tfal għandhomx id-dud? L-ewwelnett mill-ħakk. Id-dud ġieli jidhru qishom ħjut bojod fit-toqba, speċjalment xi sagħtejn wara l-irqad. Il-bajd ma jidhirx, imma t-tabib jista’ jgħidlek biex twaħħal biċċa tape trasparenti mal-patata l-ewwel ħaġa kif iqumu biex jiċċekkja għall-bajd taħt il-mikroskopju. It-trattament jinvolvi mistura jew pilloli (Vermox) li tingħata f’dar...

L-Aċċessjonijiet tad-Deni

Image
It-tfal żgħar tista' tagħtihom aċċessjoni minħabba d-deni. L-aċċessjoni tad-deni tiġri meta t-tfal ikollhom bejn sitt xhur u sitt snin, imma hi l-aktar komuni fl-età bejn sena u tmintax-iil xahar. Għalkemm tidher tal-biża’, l-aċċessjoni tad-deni s-soltu tgħaddi fi ftit minuti u mingħajr ebda konsegwenzi. Waqt l-aċċessjoni l-ġisem għall-ewwel jibbies; ftit wara jibdew jiċċaqalqu d-dirgħajn u r-riġlejn bla kontroll. It-tifel jista’ wkoll jitniegħed, wiċċu jsir blu għal ftit ħin, u jintilef minn sensih. Dan kollu jdum ftit minuti. Meta tgħaddi l-aċċessjoni, it-tifel jerġa’ jiġi f’sensih, imma wara jista’ jħossu bin-nagħas u jorqod. Madwar 4% tat-tfal ikollhom aċċessjoni tad-deni fi tfulithom. Hemm ċans akbar li t-tfal ikollhom aċċessjoni tad-deni jekk wieħed mill-ġenituri kellu aċċessjonijiet bħal dawn fi tfulitu. It-tfal li kellhom l-ewwel aċċessjoni tad-deni għandhom 30% ċans li f’xi żmien jerġa’ jkollhom aċċessjoni oħra. It-tfal li kellhom aċċessjoni tad-deni ordinarja jiżvilluppaw...

Granuloma fiż-żokra tat-tarbija

Image
Il-kurdun jiskura, jinxef u jaqa’ waħdu fl-ewwel ġimgħa jew tnejn mit-twelid. Meta jiġri dan, tkun tista’ tagħti banju lit-tarbija u taħsilha, inkluż iż-żokra, bl-ilma u s-sapun. Wara xxottaha sewwa u żomm iż-żokra niexfa. Kellem lill-pedjatra jekk ikun hemm sinjali ta’ infezzjoni (ħmura u nefħa madwar iż-żokra, riħa tinten, tnixxija jew materja). Il-granuloma Wara li jaqa’ l-kurdun, ġieli tifforma boċċa ratba, ħamra u niedja, bħalma tidher fl-istampa. Din tissejjaħ granuloma. Il-ġenituri jistgħu jittrattaw il-granuloma d-dar permezz tal-melħ. Kif tagħmel it-trattament bil-melħ Waqt li t-tarbija tkun rieqda, ikxef iż-żokra u poġġi ftit melħ tal-mejda mill-fin direttament fuq il-granuloma. Għattiha b’garża nadifa għal 15-il minuta. Wara, laħlaħha sewwa mill-melħ b'tajjara b’ilma fietel. Irrepeti din il-proċedura darbtejn kuljum għal 3–5 ijiem, sakemm tara li l-granuloma ċkienet, skurat u nixfet. Kellem il-pedjatra jekk tibqa’ ma tfieqx wara ħamest ijiem.

Kemm issaħħan it-tarbija

Image
Sfortunatament ħafna ġenituri Maltin isaħħnu lit-tarbija wisq aktar milli hemm bżonn, b’saffi fuq saffi ta’ ħwejjeġ, kutri, skufja u mittins. Il-povra tarbija tkun tagħli u mxarrba bl-għaraq. Saħansitra l-kamra li jraqqduha fiha jżommuha magħluqa biex “ma tmurx tieħu xi riħ”. Tħossok se tifga f’dak l-għeluq! Anki jekk joħorġuha barra fil-pram, jżidu saff ieħor ta’ ħwejjeġ u jagħlqu l-pram bil-plastik biex żgur tiġi f’serra ta’ sħana u soffokazzjoni. Meta tkun għadha kemm twieldet, il-midwife tixxotta lit-tarbija, tlibbisha ħwejjeġ komdi u skufja f’rasha, u tingħata f’dirgħajn ommha biex ma tiksaħx. Minn hemm ’il quddiem irridu noqogħdu attenti li t-tarbija ma tisħonx iżżejjed. Mhux minnu li t-tarbija għandha tissaħħan “minħabba l-gass”. Din hi ħrafa. Jekk it-tarbija qed tbati mill-colic, m’għandhiex bżonn id-dwejjaq ta’ sħana żejda! (Xi trabi bil-colic jikkalmaw jekk tfisqihom sewwa, imma l-iskop mhux li jissaħħnu.) It-tarbija tħossha skomda jekk tkun sħuna wisq. Jista’ joħroġilha ...

Favism

Image
Meta jibda l-istaġun tal-ful (għal Marzu u April), xi tfal żgħar jiddaħħlu l-isptar minħabba kundizzjoni msejħa favism. L-isem ġej mill-"fava beans" jew "broad beans" – peress li l-ful ma jaqbilx magħhom. Il-favism hi kundizzjoni ġenetika – mhix allerġija għall-ful. Ġeneralment tintiret mill-omm (li tkun carrier) għal uliedha subien. Iċ-ċelloli ħomor tad-demm ikollhom livell baxx tal-enzyme G6PD, u infatti tissejjaħ ukoll G6PD deficiency. Jekk dawn it-tfal jieklu l-ful jew ikel li fih il-ful (bħal kusksu), iċ-ċelloli tad-demm tagħhom jitkissru. Fi żmien qasir isiru pallidi (anemija), u jisfaru (suffejra). Il-pipì tiskura. Jista' wkoll ikollhom nifs mgħaġġel u jintelqu bla saħħa. Meta jiġri hekk ikun hemm bżonn jinġiebu l-isptar, u jekk ikun meħtieġ jingħataw trasfużjoni tad-demm. Wara li tkun ikkonfermata d-dijanjosi b'test tad-demm, minn hemm 'il quddiem ma jkunux jistgħu jieklu ful u ma jkunux jistgħu jieħdu ċerti mediċini. Il-favism mhix kundizzjoni...